Join Us On:

News Archive

Yearly Archives: 2023

JIBDEW IL-FESTI TAS-SAJF: SAN PAWL FIL-MUNXAR

Illum il-Banda Ċittadina u Dekana La Stella tibda l-impenji tagħha fil-festi tas-sajf, sewwasew fl-ewwel festa tal-istaġun, dik ta’ San Pawl ġewwa r-raħal tal-Munxar. Is-servizz jibda fis-7pm fejn isir marċ festiv qasir dirett lejn il-pjazza ewlenija tal-Munxar. Il-Banda Ċittadina La Stella…

Continue reading

INAWGURATA L-WIRJA FOTOGRAFIKA “THE LAST DANCE”

Nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Mejju 2023 fit-Teatru Astra Cultural Hub ġiet inawgurata wirja fotografika u ‘installations’ bl-isem “The Last Dance”, xogħol ta’ Joseph P Smith. It-tema prinċipali iddur ma dak li kien “The Planet”, diskoteka li kienet tifforma parti mill-kumpless…

Continue reading

TITĦABBAR IL-MEWT TAS-SURMAST SUNNY GALEA

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tinsab fl-luttu, fl-aħbar tat-telfa ta’ Mro Sunny Galea li serva lill-Banda Ċittadina La Stella bħala Assistent Surmast, Solista u Bandist. Il-Surmast Galea kien ukoll kompożitur tajjeb u ħalla diversi marċi popolari fosthom “Forza Ġorġjani”. Fl-Lulju tal-2019…

Continue reading

FESTA LITURĠIKA TA’ SAN ĠORĠ

Nhar il-Ħadd 23 ta’ April jaħbat il-Festa Liturġika ta’ San Ġorġ Martri. Fil-parroċċa tagħna se jsir it-tridu solenni li jibda nhar il-Erbgħa 19 ta’ April li din is-sena se jkun immexxi minn Mons. Joseph Zammit. Wara jkun hemm kant tal-Innu,…

Continue reading

KUNĊERT TA’ MUŻIKA SAGRA

Il-bieraħ il-Banda Ċittadina La Stella tellgħet kunċert fil-Bażilika ta’ San Ġorġ il-Belt Victoria, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Dr John Galea.  Il-kunċert kien wieħed b’mużika sagra, sinonima ma dawn iż-żminijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa.  Il-Banda Ċittadina La Stella daqqet dawn il-biċċiet; In memoriam Alessio…

Continue reading

ESEBIZZJONI TA’ ARTI SAGRA FIT-TEATRU ASTRA CULTURAL HUB

Nhar il-Ħamis li għadda ġiet inawgurata l-esibizzjoni ‘Crux Fidelis’ ġewwa it-‘Teatru Astra Cultural Hub’ fil-preżenza ta’ l-Onor. Clint Camilleri, Ministru għal-Għawdex, l-Arċipriet tal-Bażilika ta’ San Ġorġ u l-Onor. Alex Borg. Din l-esibizzjoni, li qed tittella’ fuq inizzjattiva tas-Sotto Kumitat tal-Armar…

Continue reading

ATTIVITAJIET MARBUTA MAL-ĠIMGĦA L-KBIRA 2023

Din is-sena għandna programm mimli marbut mal-jiem qaddisa tal-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid.  Il-Banda Ċittadina La Stella għaddejja bil-preparamenti biex dawn l-attivitajiet jsiru fil-jiem li ġejjin.  Dan huwa l-programm dettaljat: Il-Ħamis 30 ta` Marzu: Ftuħ tal-wirja Crux Fidelis fis-sede tas-Soċjetà Filarmonika…

Continue reading

SUĊĊESS KBIR BIL-MUSICAL “SOUND OF MUSIC”

Il-bieraħ ġiet fi tmiema l-ħames rappreżentazzjoni tal-musical ċelebri “The Sound of Music”, imtella’ live fit-Teatru Astra fis-17, 18,19, 25 u 26 ta’ Marzu 2023.  Il-ħames rappreżentazzjonijiet kienu prattikament “full-up” u jiddispjaċina li għal xi dati kellna wkoll nirrifjutaw in-nies.  Dan…

Continue reading

LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI

Il-bieraħ, is-Sibt 4 ta’ Marzu 2023 inżammet il-Laqgħa Ġenerali Annwali tas-Soċjetà Filarmonika La Stella ġewwa s-Sala Joseph Vella.  Matul il-laqgħa sar il-qari u l-approvazzjoni tal-minuti tal-laqgħa Ġenerali tas-sena 2021 u dritt wara ġie ppreżentat ir-rapport amministrattiv, dak finanzjarju u l-pjan…

Continue reading