Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: April 2017

MINN FESTA GĦALL-OĦRA

Wara li l-Ħadd li għadda ċċelebrajna l-festa ta’ Kristu Rxoxt fl-Għid il-Kbir, imiss issa li l-Ħadd li ġej, 23 t’ April 2017 niċċelebraw il-festa liturġika ta’ San Ġorġ.  Din is-sena, l-festa liturġika ta’ San Ġorġ, il-Patrun tal-Belt Victoria u tad-Djoċesi…

Continue reading

L-GĦID IT-TAJJEB !

Illum il-Knisja universali tiċċelebra dik li hi l-akbar festa matul is-sena, l-qawmien mill-mewt wara t-tielet jum ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, il-festa tal-Għid il-Kbir.  Il-Banda Ċittadina La Stella dalgħodu ħadet sehem fil-purċissjoni tal-Għid li ħarġet mill-Bażilika ta’ San Ġorġ fid-8.45am fejn…

Continue reading

Il-ĠIMGĦA L-KBIRA

F’dan il-jum għażiż għall-insara kollha madwar id-dinja aħna mitluba ninġabru fis-silenzju nikkontemplaw fuq il-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Ġesu Kristu.  Il-bieraħ filgħaxija, fakkarna l-ġrajja tal-aħħar ċena bil-funzjoni fil-Bażilika ta’ San Ġorġ li bdiet fil-5pm f’xandira diretta fuq TVM.  Dritt wara…

Continue reading

KUNĊERT TA’ MUŻIKA SAGRA FIL-BAZILIKA

Nhar il-Ħamis 6 ta’ April, l-Banda Ċittadina La Stella żammet l-appuntament annwali tagħha bil-Kunċert ta’ Mużika Sagra, marbut mill-qrib ma’ dan iż-żmien tar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa.  Il-kunċert sar fil-Bażilika ta’ San Ġorġ u kien taħt id-direzzjoni tas-Surmast Noel Beck. L-attendenza kienet waħda…

Continue reading

‘ON THIS NIGHT OF A THOUSAND STARS’

Kull bidu għandu t-tmiem, u l-bieraħ kien imiss lill-musical Evita hekk kif spiċċat it-tielet u l-aħħar rappreżentazzjoni.  Dan il-musical kien impenn mill-aktar diffiċli imma għal darba oħra ħareġ biċ-ċar li t-Teatru Astra mhux lest li jilħaq kompromessi fejn tidħol il-kwalità…

Continue reading