Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: April 2013

STQARRIJA TAS-SOĊJETÀ FILARMONIKA LA STELLA

Għeżież bandisti, soċji u partitarji tal-Istilla Għal dawn l-aħħar tmenin sena, is-Soċjetà Filarmonika La Stella dejjem għarfet il-bidu tagħha lis-sena 1863. Matul daż-żmien kollu ntqal u nkiteb ħafna fuq it-tnissil tal-Banda La Stella, kemm minn partitarji tal-Istilla stess li b’mod…

Continue reading

ĦATRA MUŻIKALI IMPORTANTI MIS-SOĊJETÀ FILARMONIKA LA STELLA

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella bi pjaċir tħabbar il-ħatra tas-Surmast Sigmund Mifsud bħala guest conductor tal-Banda Ċittadina La Stella. Sigmund Mifsud twieled f’Ta’ Sliema ġewwa Malta.   Hu beda l-karriera mużikali tiegħu mal-Banda Sliema fejn studja u eventwalment beda jdoqq il-kurunetta. Sussegwentament studja d-direzzjoni…

Continue reading

IL-QUDDIESA TA’ PAPA FRANĠISKU F’JUM SAN ĠORĠ

“Ma hux possibbli nsibu lil Kristu barra mill-Knisja” kliem il-Qdusija tiegħu Papa Franġisku fl-omelija waqt il-quddiesa ta’ Jum San Ġorġ, li hija wkoll l-festa tiegħu kif rappurtat fuq sit tal-aħbarijiet mill-Vatikan. Papa Franġisku rringrazzja lill-Kardinali li kkonċelebraw miegħu f’dan il-jum. …

Continue reading

IL-FESTA T-TAJBA!

  Merħba fl-għodwa sabiħa tat-23 ta’ April, Jum San Ġorġ! Dan hu jum importanti għall-Knisja universali, għax fih tfakkar wieħed mill-Martri l-Kbar tagħha; jum importanti għall-gżejjer Maltin, għax fih insellmu lil wieħed mill-qaddisin il-kbar li miegħu ntisġet l-istorja tal-Kristjaneżmu f’pajjiżna;…

Continue reading

IL-LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI

Fil-ġimgħat li għaddew l-amministrazzjoni tas-Soċjetà Filarmonika La Stella għaddiet mill-proċess annwali ta’ tiġdid. Fil-laqgħa Ġenerali Annwali, li saret fid-19 ta’ Marzu li għadda, kif rikjest mill-istatut tas-Soċjetà, ġew ppreżentati r-rendikonti finanzjarji u dawk amministrattivi. L-awdituri tas-Soċjetà, PKF Malta ppreżentaw ukoll ir-rapport tagħhom. L-forum…

Continue reading

TIĠRIJIET TRADIZZJONALI TAL-BHEJJEM

  Fl-okkażjoni tal-Festa Liturġika ta’ San Ġorġ, il-kumitat fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika La Stella inkarigat mit-tiġrijiet taż-żwiemel se jorganizza sensiela ta’ tiġrijiet nhar il-Ħadd 21 ta’ April 2013 mit-8am ‘il quddiem. Fit-tmiem, l-Onor. Dr. Anton Refalo, Ministru għal Għawdex u…

Continue reading

APPUNTAMENTI GĦALL-FESTA LITURĠIKA

Il-Jum tat-23 t’April huwa għażiż ferm għalina l-Ġorġjani.  Hemm diversi appuntamenti marbuta mal-festa liturġika.  Minn din il-paġna nistednukom biex tieħdu sehem fl-attivitajiet kollha.  Dawn huma; Mill-Ġimgħa 19 sal-Ħadd 21 6pm | Quddiesa Solenni tat-Tridu minn Mons. Giovanni Bosco Cremona. It-Tnejn…

Continue reading

AVVENIMENTI GĦAL JUM SAN ĠORĠ 2013

    L-Għaqda tal-Armar tal-Festa ta’ San Ġorġ, fi ħdan is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella,  se tkun qed torganiżża żewġ attivitajiet soċjali f’rabta maċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum San Ġorġ 2013. L-ewwel fost dawn iż-żewġ avvenimenti huwa party kbir f’Villa Arches, miftuħ għal kull min jixtieq jingħaqad…

Continue reading

KINGDOM

Nhar is-Sibt 6 ta’ April 2013 fit-Teatru Astra se jsir l-ispettaklu kbir tal-Yada Dance Academy flimkien ma’ The College of Dance li din s-sena qed iġib l-isem ta’ Kingdom – A dance Show.  L-ispettaklu se jibda fis-7.30pm u se jkun…

Continue reading

IL-FESTI TAL-GĦID

Fil-ġranet li għaddew is-Soċjetà Filarmonika La Stella ħadet sehem f’numru ta’ attivitajiet konnessi mal-Ġimgħha Mqaddsa u l-Għid il-Kbir.  Il-Banda tagħna ħadet sehem fil-Kunċert ta’ Mużika Sagra li sar fil-Bażilika ta’ San Ġorġ kif ukoll fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li din is-sena…

Continue reading