Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: December 2020

DESK DIARY 2021

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella għadha kif ippubblikat Desk Diary, bħalma tagħmel kull sena, liema diary huwa mimli b’informazzjoni utli.  Dan ix-xogħol sar bit-tħabrik u d-dedikazzjoni tas-Sur Dolindo Cassar.  Is-Sur Cassar jieħu ħsieb li jiġbor il-materjal għal din il-pubblikazzjoni inkluż ir-reklami.  Is-Soċjetà…

Continue reading

STUDENTI TAL-BANDA LA STELLA FIN-NOVENA TAL-MILIED

Matul il-jiem tan-Novena tal-Milied, ġewwa l-Bażilika ta’San Ġorġ, ħadu sehem l-alljievi tal-banda tagħna billi daqqew siltiet mużikali marbuta ma’ dawn il-jiem.  Kien ta’ pjaċir u  unur għall-banda tagħna li minkejja ż-żminijiet xejn faċli li għaddejjin minnhom minħabba l-pandemija irnexxielna nkomplu…

Continue reading

KUNĊERT BIEX IFAKKAR JUM IR-REPUBBLIKA

Nhar is-sibt 19 ta’ Diċembru 2020, bħala parti tal-festi li jiċċelebraw it-tifkira ta’ Malta Repubblika, il-kunsill tal-kultura fi ħdan il-Ministeru ta’ Għawdex organizza kunċert mużikali fis-7.00 ta’ filgħaxija, ġo pjazza Indipendenza ir-Rabat Għawdex. Għall-kunċert kienu mistiedna jdoqqu tlett solisti prinċipali…

Continue reading

IMNIEDI KTIEB ĠDID DWAR IT-TEATRU ASTRA

Il-bieraħ filgħaxija ġie imniedi ktieb ġdid bl-isem Teatru Astra – Proġett għal Dejjem, miktub mis-Sur Paul M Cassar, Eks Segretarju Ġenerali u President tas-Soċjetà Filarmonika La Stella.  Oriġinarjament l-attività kellha ssir fil-bitħa tal-Ministeru għal Għawdex imma minħabba l-possibiltà ta’ maltemp…

Continue reading

FESTA TAL-KUNĊIZZJONI FIL-BELT VICTORIA

Nhar it-Tlieta 8 ta’ Diċembru fil-Belt Victoria tiġi iċċelebrata l-festa ta’ Marija Immakulata Kunċizzjoni.  Il-kommunità Franġiskana ilha torganizza din il-festa għal bosta snin, liema festa aħna l-Ġorgjani magħha nagħha sens ta’ apparteneneza kbira.  Li kieku ma kienx hawn il-pandemija, bħal…

Continue reading