Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: December 2010

ĦARSA LURA LEJN L-2010…AWGURI GĦALL-2011

Ninsabu fl-aħħar sigħat tas-sena 2010 – ftit ‘il bogħod mis-sena l-ġdida 2011, u bħal kull sena f’dawn il-mumenti wieħed jagħti ħarsa lejn dak kollu li għadda minnu matul is-sena li tkun waslet biex tispiċċa. Għas-Soċjeta’ tagħna, din is-sena kienet sena…

Continue reading

“TRULY UNFORGETTABLE” GĦAL DARB’OĦRA

Fuq talba ġenerali, wara s-suċċess kbir li ntlaħaq fl-ewwel rappreżentazzjoni tal-ispettaklu taż-żfin Truly Unforgettable, nhar il-Ħamis 30 ta’ Diċembru, fit-Teatru Astra, ser tittella’ rappreżentazzjoni oħra tal-istess spettaklu mill-kumpanija taż-żfin Centre Stage Dance Academy.  Dan l-ispettaklu li ttella’ fit-teatru tagħna fit-13…

Continue reading

L-ISBAĦ XEWQAT!

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tal-belt Victoria tixtieq tawgura Milied ħieni u sena ġdid mimlija risq u barka lil dawk kollha li jħossuhom parti mill-familja kbira ta’ l-Istilla. Tieħu l-okkażjoni biex f’dawn il-jiem tirringrazzja mill-qalb lil dawk kollha li b’mod volontarju…

Continue reading

KUNĊERT TAL-MILIED FI PJAZZA INDIPENDENZA

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied, il-Kunsill Lokali stieden lis-Soċjeta’ Filarmonika La Stella ttella’ programm mużikali fi Pjazza Indipendenza nhar is-Sibt 18 ta’ Diċembru. Il-kunċert li sar taħt tinda kbira armata apposta għal dan iż-żmien ta’ festi, kien jinkludi mużika varjata.  Il-banda…

Continue reading

NIFIRĦU LIL MONS. ANTON BORG

Is-Socjetà Filarmonika La Stella tilqa’ b’sodisfazzjoni u tingħaqad mal-komunità parrokkjali tal-parroċċa ta’ San Ġorġ Martri fil-ferħ tal-ħatra ta’ Mons. Anton Borg, saċerdot mill-Belt Victoria, bħala Vigarju Parrokkjali tal-Bażilika Ġorġjana. Monsinjur Borg kien ordnat saċerdot nhar l-24 ta’ Ġunju 1972 u…

Continue reading

KUNĊERT TAL-MILIED MILL-BANDA ‘LA STELLA’

L-aħħar impenn tas-sena 2010 għall-banda ċittadina La Stella huwa proprju l-kunċert tal-Milied li ser isir nhar is-Sibt li ġej 18 ta’ Diċembru fi Pjazza Indipendenza, fil-belt Victoria. Dan il-kunċert qed isir fuq stedina tal-Kunsill Lokali tal-belt Victoria.  Għal dan il-kunċert,…

Continue reading

IĊĊELEBRATA L-FESTA TAL-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI

Ix-xahar ta’ Diċembru, iġib miegħu l-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni – waħda mill-aħħar festi tas-sena, iċċelebrata f’diversi lokalitajiet f’pajjiżna. F’Għawdex din il-festa Marjana tiġi ċċelebrata fil-Qala’ u fil-belt Victoria, mill-komunita’ tal-Patrijiet Franġiskani.  Din il-festa hija festa għażiża wkoll għall-partitarji kollha tal-Istilla, u għalhekk ma…

Continue reading

DAQQ TA’ CAROLS FI PJAZZA SAN ĠORĠ

Fuq inizjattiva tal-Kunsill Lokali tal-belt Victoria, is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella ġiet mistiedna biex torganizza daqq ta’ christmas carols fi pjazza San Ġorġ, fejn ġie armat għal sena oħra Christmas Village. Għaldaqstant, sezzjoni ta’ bandisti, mill-banda tagħna, ħafna minnhom żgħażagħ, ingħaqdu…

Continue reading

IS-SURMAST VELLA F’RUMA

Matul il-jiem li għaddew is-surmast direttur tal-banda tagħna, il-Professur Joseph Vella, kien f’Ruma fejn ġie mistieden jattendi għat-33 edizzjoni tal-Premju Valentino Bucchi. F’din l-okkażjoni l-Professur Vella kien jifforma parti minn panel ta’ ġurija f’kompetizzjoni tal-Kompożizzjoni.  Fl-ewwel laqgħa ta’ dan il-panel…

Continue reading