MINN FESTA GĦALL-OĦRA
Wara li l-Ħadd li għadda ċċelebrajna l-festa ta’ Kristu Rxoxt fl-Għid il-Kbir, imiss issa li l-Ħadd li ġej, 23 t’ April 2017 niċċelebraw il-festa liturġika ta’ San Ġorġ. Din is-sena, l-festa liturġika ta’ San Ġorġ, il-Patrun tal-Belt Victoria u tad-Djoċesi t’Għawdex, u l-Protettur tal-Għawdxin ġiet trasferita għall-24 t’April. Għalhekk fit-23 t’ April, fis-7.30pm ikollna il-Vġili tas-Solennità ta’ San Ġorġ b’velja fi Pjazza San Ġorġ immexija mill-E.T. Mons. Mario Grech Isqof t’Għawdex u Dekan tal-Kolleġġjata tagħna u l-għada t-Tnejn, fis-7pm ikollna l-Konċelebrazzjoni Pontifikali immexxija mill-Isqof Grech, fil-Bażilika Ġorġjana.
Intant il-marċ ta’ Jum il-festa se jsir nhar il-Ħadd 23 t’ April 2017 fil-11am, minn Pjazza San Ġorġ sal-Każin. Il-festa t-tajba lil kulħadd ! Viva San Ġorġ !