Join Us On:

SOĊJETÀ  

trumpet1

Aspett prinċipali li jiżgura s-suċċess tal-Banda tagħna huwa li nżommu l-iskola tal-mużika tagħna ħajja u attiva.  Il-Banda La Stella hija magħrufa għat-tagħlim imprezzabbli li pprovdiet lill-alljievi tagħha matul is-snin.  Dan dejjem għamlitu bla ħlas, biex b’hekk toffri opportunità lil kull min irid jitgħallem strument tal-banda.  Barra minn hekk il-Banda tipprovdi wkoll strument li jkun intgħażel biex wieħed ikun jista’ jibda l-prattika mill-ewwel.

Biex isir it-tagħlim, il-Banda tagħna tipprovdi wkoll l-aqwa għalliema, kemm fuq strumenti tal-injam u kemm fuq dawk tar-ram.  Il-lezzjonijiet isiru fil-Każin La Stella u jwasslu biex l-istudent jew studenta jkunu kapaċi joħorġu jdoqqu mal-Banda La Stella fis-servizzi li jkollha matul is-sena.

Għalhekk, jekk inti interessat tibda titgħallem xi strument, ikkuntattjana minnufih permezz tat-telefon (79050691) jew inkella b’email, jew kellem lil xi membru tal-kumitat. Bħala alljievi għandna tfal, adolexxenti kif ukoll kbar – l-iskola hija miftuħa għal kulħadd. L-akbar sodisfazzjon tagħna jkun meta naraw nies li ma jkunu għadhom qatt tgħallmu l-mużika joħorġu mingħandna kapaċi jdoqqu strument u jkomplu javvanzaw fl-istudji mużikali tagħhom.

324