Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: July 2013

SERVIZZ FIL-FESTA TA’ SANTA MARGERITA

Fi tmiem il-ġimgħa l-banda tagħna reġgħet kienet impenjata fil-festa ta’ Santa Margerita f’Sannat.  Il-festa ta’ Santa Margerita hija għażiża għalina l-Ġorġjani anke minħabba r-rabta mill-qrib li dejjem eżistiet bejn il-parruċċani ta’ Sannat u dawk ta’ San Ġorġ, imsaħħa aktar din…

Continue reading

JITĦABBRU FESTI SPEĊJALI

Hekk kif il-bieraħ ġiet fi tmiemha l-ġimgħa tal-festa, li bħas-soltu kienet suċċess kbir, ġew uffiċjalment imħabbra l-festi li se jsiru fl-għeluq tal-175 sena mill-miġja fostna tal-istatwa titulari ta’ San Ġorġ, l-ewwel waħda f’Għawdex.  Kif jixraq, aħna l-parruċani għandna d-dover niċċelebraw…

Continue reading

FESTA TA’ POPLU !

Dalgħodu kellna l-Konċelebrazzjoni Pontifikali ppreseduta mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex u Dekan tal-Kolleġġjata, assistit  minn rappreżentanti tal-Kapitlu Katidrali, il-Kapitlu tal-Kolleġġjata Lateranensi, il-Kleru tal-Bażilika Urbana, u membri tal-Kleru Sekulari u Reliġjuż.  Għal konċelebrazzjoni attendew fost l-oħrajn l-President ta’ Malta,…

Continue reading

IL-FESTA T-TAJBA !

Il-Festa t-tajba lilkom ilkoll !  Dawn huma l-attivitajiet tal-ġurnata. 7.45am: Marċ mill-Banda Ite ad Joseph (il-Qala) minn Triq ir-Repubblika sa Pjazza San Ġorġ. 8.00am: Il-Kapitlu u l-kleru tal-Kolleġġjata Urbana jakkumpanjaw proċessjonalment lill-Isqof Djoċesan mill-Palazz Veskovili sal-Bażilika Ġorġjana.  Ċelebrazzjoni Pontifikali tat-Terza…

Continue reading

LEJLET IS-SOLENNITÀ

Il-bieraħ, lejlet is-solennità l-Banda Ċittadina La Stella għamlet marċ mill-każin sa Pjazza San Ġorġ biex tilqa’ lill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof Djoċesan meta wasal mill-Palazz Veskovili akkumpanjat mill-Kapitlu u l-kleru tal-Kolleġġjata Lateran biex jieħu sehem fit-Translazzjoni Solenni. Filgħaxija imbagħad assistejna…

Continue reading

IR-RIĊERKA DWAR L-ISTORJA TAS-SOĊJETÀ

Għeżież bandisti, soċji u partitarji tal-Istilla, Biex inżommu mal-kelma li tajniekom fl-iStqarrija tagħna tat-23 ta’ April 2013, sejrin nagħtukom l-ewwel aġġornament dwar l-andament tar-riċerka li għaddejja bħalissa fuq l-istorja tas-Soċjetà Filarmonika La Stella. Ftit tal-ġimgħat ilu ntemm l-iskrutinju fuq l-arkivju…

Continue reading

SAN ĠORĠ REBBIEĦ

“Su garzoni all’invitto campione mova ardita la sacra canzone, Su cantate del Grande l’imprese che difese di Cristo l’onor.” Il-bieraħ ġie fi tmiemu t-Tridu li din is-sena kien fdat f’idejn Dun Roberto Gauci fejn wasslilna ħafna tagħlim fuq San Ġorġ…

Continue reading

SAN ĠORĠ PATRUN TA’GĦAWDEX

“Ejjew, mela, lil Ġorġi, kuruna illum ninsġu, b’imħabbtu mkabbrin; aħna nibqgħu għal dejjem ta’ Ġorġi u huwa jibqa’ l-patrun ta’ l-Għawdxin.” Dawn il-versi mill-innu tant popolari  Lill-kbir Martri San Ġorġ il-bieraħ dwew mal-kantunieri kollha ta’ Pjazza Savina fejn assistejna għat-tlugħ tal-istatwa…

Continue reading

SAN ĠORĠ FUQ IŻ-ŻIEMEL

Fid-dimostrazzjoni ta’ San Ġorġ fuq iż-Żiemel tal-bieraħ filgħaxija, l-poplu wera għal darba oħra l-imħabba tiegħu lejn San Ġorġ, Patrun u Protettur ta’ Għawdex.  Minkejja li kien għadu l-Erbgħa, l-ewwel jum tat-Tridu, t-toroq tal-qalba tal-Belt Victoria kienu ppakkjati bin-nies kif jixdhu…

Continue reading

IL-ĦRUĠ MINN NIĊĊA TA’ SAN ĠORĠ

Il-Bieraħ filgħaxija l-Banda Ċittadina La Stella għamlet marċ minn Taċ-Ċawla sal-Pjazza ta’ San Ġorġ wara li l-Arċipriet flimkien mal-Kleru u l-Kapitlu għamel konċelebrazzjoni fil-Kappella tar-Ragħaj it-Tajjeb. F’xi 8pm beda l-ħruġ spettakolari ta’ San Ġorġ minn niċċa fost entużjażmu estrem, ċapċip mingħajr…

Continue reading

IT-TIĠRIJIET TAL-BHEJJEM JIĠBDU ĦAFNA NIES

Triq ir-Repubblika lbieraħ filgħaxija kienet maħnuqa bin-nies biex tassisti għat-Tiġrijiet Tradizzjonali tal-Bhejjem, it-tiġrijiet tant popolari ta’ San Ġorġ. Minn kmieni d-dilettanti Maltin u Għawdxin sabu posthom fil-bidu tat-triq biex igawdu dan l-avveniment tant mistenni minn bosta. Din is-sena kien hemm…

Continue reading

IL-KUNĊERT FINALI … SUĊĊESS KBIR !

Ilbieraħ filgħaxija l-Bażilika ta’ San Ġorġ laqgħet fi ħdanha waħda mill-akbar folol li qatt rat biex tassisti għall-għeluq tas-Sittax-il Edizzjoni tal-Victoria International Arts Festival. Il-Kunċert Finali, li kien taħt id-direzzjoni tal-Prof. Joseph Vella, direttur artistiku tal-Festival u maestro di cappella…

Continue reading

TINTEMM IN-NOVENA

Il-bieraħ filgħaxija ġiet fi tmiema n-Novena ta’ San Ġorġ, li din is-sena kienet fdata f’idejn il-Kan. Tonio Galea.  Wara l-quddiesa, li kienet immexxija mill-Arċipriet Mons. Pawlu Cardona, dawk preżenti assistew għall-preżentazzjoni awdjoviżiva mimlija tagħlim dwar il-fidi tagħna, il-martirju u naturalment…

Continue reading

GRAZZI TAL-APPOĠĠ !

Grazzi tal-appoġġ tal-bieraħ !  Din is-sena l-ikla tradizzjonali tal-festa ta’ San Ġorġ – Il-Qirew, kif hi storikament magħrufa – kienet tassew suċċess kbir.  Matul il-jum tal-bieraħ kellna nwaqqfu l-bookings għax minkejja li ħsibna għal numru aktar mis-soltu xorta waħda ittieħdu…

Continue reading

IL-QIREW – FULLY BOOKED

Bi pjaċir inħabbru li l-ikla tal-festa ta’ San Ġorġ, tradizjonalment magħrufa bħala “Il-Qirew” hija FULLY BOOKED.  Minn din il-paġna nixtiequ nirringrazzjawkom tas-sapport kontinwu u jiddispjaċina ħafna li kellna nirrifjutaw ħafna u ħafna nies.  Viva San Ġorġ !

DALWAQT IL-FESTA TAL-PATRUN TAGĦNA !

Ħames t’ijiem oħra nkunu dħalna fil-ġimgħa tal-festa !  Bħalissa fil-quddiesa tas-7pm qed ikollna n-Novena għat-tfal u l-familji li għaliha qed ikun hemm attendenza sabiħa. In-Novana tiġi fi tmiema nhar il-Ħadd li ġej.  Appuntament ieħor importanti huwa dak ta’nhar il-ġimgħa fi…

Continue reading

GĦADA TIBDA N-NOVENA TA’ SAN ĠORĠ

Għada filgħaxija tibda n-Novena ta’ San Ġorġ, fil-quddiesa tas-7.00pm u din is-sena se ssir mill-Kan. Tonio Galea, bit-tema: Ma’ San Ġorġ niskopru l-ġmiel tal-fidi tagħna. Għal din l-attività reliġjuża huma mistiedna t-tfal, l-adoloxxenti u dawk akbar fl-età.  Titilfux din l-opportunità…

Continue reading

PROGRAMM TAL-FESTA

Il-weekend li għadda tqassam il-programm tal-Festa ta’ San Ġorġ 2013 maħruġ mill-Uffiċċju Parrokkjali tal-Bażilika ta’ San Ġorġ.  Inħeġġukom biex tiflu l-kontenut tiegħu w aktar importanti li tattendu għad-diversi attivitajiet li hemm imħejjija.  Bħas-soltu għandna programm ippakkjat li jwassalna għall-festa tal-Patrun…

Continue reading