Join Us On:

JITĦABBRU FESTI SPEĊJALI

Hekk kif il-bieraħ ġiet fi tmiemha l-ġimgħa tal-festa, li bħas-soltu kienet suċċess kbir, ġew uffiċjalment imħabbra l-festi li se jsiru fl-għeluq tal-175 sena mill-miġja fostna tal-istatwa titulari ta’ San Ġorġ, l-ewwel waħda f’Għawdex.  Kif jixraq, aħna l-parruċani għandna d-dover niċċelebraw u nfakkru dan l-avveniment hekk kbir.  F’kollaborazzjoni mal-Kapitlu u l-Kleru ta’ San Ġorġ, is-Soċjeta Filarmonika La Stella se tkun minn ta’ quddiem biex tagħti sehma f’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet.  Dwar dan ikollna ċans nitkellmu aktar ‘il quddiem.

Intant il-bieraħ il-festa laħqet il-qofol tagħha filgħaxija meta l-istatwa ta’ San Ġorġ feġġgħet fil-bieb tal-Bażilika.  Ma jeżistix kliem li jista’ jiddeskrivi biżżejjed l-emozjonijiet li toħloq din ix-xena li ta’ kull sena tiġbed ħafna u ħafna nies.  Fil-Pjazza ta’ San Ġorġ ma kienx hemm fejn taqa’ labra, anke jekk dan kien ifisser sħana tremenda.  Imma għal San Ġorġ nagħmlu kollox – xejn ma jtellifna milli nsellmu l-Patrun u Protettur tagħna.  Jikkumplimenta ma’ dan kollu naturalment indaqq minn jaf għal kemm -il darba l-innu marċ tagħna Lill-Kbir Martri San Ġorġ, jew kif inhu magħruf aktar Ġorġi tagħna.

Minn din il-paġna nixtiequ nirringrazzjawkom talli segwejtuna fuq dan is-sit.  Il-hits f’dawn il-jiem kien wieħed għoli ħafna u dan jagħtina sodisfazzjon kbir.  Aħna minn naħa tagħna ppruvajna nżommukom aġġornati mill-aħjar possibbli kemm bil-ktiba kif ukoll bir-ritratti.  Iż-żmien ma jistenna lil ħadd … l-festa terġa’ tkun magħna ma ddumx … 20 ta’ Lulju 2014 !

DSC_0003 DSC_0004 DSC_0005 DSC_0009 DSC_0012 DSC_0016 DSC_0019 DSC_0020 DSC_0023 DSC_0029 DSC_0031 DSC_0032 DSC_0037 DSC_0040 DSC_0041 DSC_0042_stitch DSC_0052 DSC_0055

(Ritratti: Mario Casha)