IL-BANDA TTEMM B’ UNUR L-ISTAĠUN TAL-FESTI
Il-Banda Ċittadina La Stella nhar is-Sibt li għadda temmet l-istaġun impenjattiv tagħha ta’ servizzi tas-Sajf bi programm mużikali fil-pjazza ta’ Għajnsielem, lejlet il-festa titulari tal-Madonna ta’ Loreto, taħt id-direzzjoni tas-surmast direttur tagħha l-Professur Joseph Vella. Ċertament kien mument ieħor fejn il-Banda…