Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: December 2008

BARNEY FIT-TEATRU ASTRA

It-Teatru Astra għal darba oħra sa jkun fiċ-ċentru ta’ bosta attivitajiet, hekk kif is-sena l-ġdida twiegħed aktar spettaklu uniku minn fuq il-palk tagħha. Din id-darba sa jattira l-udjenza ta’ età żgħira u l-ġenituri. Dan għaliex sa ssir show spettakulari li fiha sa…

Continue reading

HODIE CHRISTUS NATUS EST

Sena oħra tgerrbet tiġri biex sibna ruħna mill-ġdid fil-jum speċjali u għażiż tal-Milied. Wara l-Għid, il-jum li fih infakkru t-Twelid ta’ Sidna hu l-aktar importanti fil-kalendarju liturġiku tal-Knisja Kattolika. F’Malta, bħal f’ħafna pajjiżi oħra, dan iż-żmien qaddis hu kkumplimentat minn tradizzjoni kulturali…

Continue reading

MILIEDFEST 2008: SUĊĊESS IEĦOR!

Nhar is-Sibt li għadda, 20 ta’ Diċembru 2008, il-palk tas-Sala Giuseppe Giardini Vella kellu jkun il-protagonista, għall-ewwel darba wara ħafna snin, biex fuqu ttellgħet varjetà kbira tal-Milied, organizzata mill-Għaqda Bandisti żgħażagħ La Stella.  L-udjenza li mliet is-sala kollha kellha kliem…

Continue reading

INSELLMULEK, POETA TAGĦNA

Kont taħsbek qiegħed fl-aħħar tal-pontifikal ta’ San Ġorġ ta’ Lulju l-bieraħ fil-għaxija, fi tmiem funeral tabilħaqq solenni li sar għal ruħ il-Kan. Joe Mejlak, li ħalla dan il-wied ta’ dmugħ qabel it-tbexbix tax-xemx tal-Ħamis 18 ta’ Diċembru 2008, fid-dar ta’…

Continue reading

ĦALLEJTNA, ĦABIB!

ĦALLEJTNA, ĦABIB!  ĦALLEJTNA WAĦIDNA!  ĦALLEJTNA NIBKUK! Qiegħda titkellem qalb muġugħa ta’ Ġorġjan li l-lum fil-għodu sema’ l-aħbar li l-Kanonku Joe Mejlak ħalliena u mar jingħaqad ma’ Dak li dejjem ħabb. Kulħadd jafek ġo San Ġorġ, qassis mudell dejjem lest tagħti daqqa…

Continue reading

MILIEDFEST 2008

Il-lum qegħdin inħabbru l-programm sħiħ ta’ attivitajiet ta’ Miliedfest 2008, festival ta’ mużika u divertiment organizzat mill-Għaqda Bandisti Żgħażagħ La Stella għal dan l-istaġun festiv. Il-membri ta’ din l-għaqda fl-aħħar xhur taw prova tad-dinamiżmu u l-ħeġġa ġenwina tagħhom biex jissoktaw ikabbru l-ġieħ…

Continue reading

IMKABBRA BIŻ-ŻÎNA MARJANA TAGĦNA

Bħal fi snin oħra, is-sehem tal-banda ċittadina dekana La Stella tal-belt Victoria fil-festa ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni kienet wieħed impekkabbli. Ir-rabta qadima li teżisti bejn din il-banda prinċipali tal-gżira tagħna u l-festa tal-Kunċizzjoni li tiġi ċċelebrata ta’ kull sena mill-patrijiet Franġiskani Konventwali…

Continue reading

STILLA

Jum hekk glorjuż ma jixrifx ta’ spiss fuq ix-xefaq tal-gżira tagħna tat-tliet għoljiet biex idawwal bi sbuħitu l-ħajja tagħna. It-8 ta’ Diċembru niċċelebrawh b’ferħ mhux tas-soltu aħna l-Ġorġjani, aħna Ta’ l-Istilla, għax għalina hu t-tieni festa. Inħarsu lejn ġrajjietna u naraw fl-Immakulata…

Continue reading

L-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI: FESTA TA’ L-ISTILLA

It-8 ta’ Diċembru jimmarka jum speċjali fuq il-kalendarju tal-belt Victoria. Fis-santwarju l-qadim tal-Qala, li qabel kien il-knisja parrokkjali, issir festa sabiħa lill-Immakulata Kunċizzjoni. Imma huwa f’din il-belt, proprju fi ħdan il-komunità Franġiskana Konventwali, li tiċċentra ruħha ċ-ċelebrazzjoni festiva ta’ din is-solennità kbira…

Continue reading

IR-RABTA MAL-FESTA TA’ L-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI

L-aktar festa popolari fl-istaġun tax-xitwa fir-Rabat ta’ Għawdex hija mingħajr ebda dubju dik ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni li l-Franġiskani Konventwali jiċċelebraw f’ġieħ l-Imqaddsa Verġni Marija nhar it-8 ta’ Diċembru.   Fil-kalendarju tal-Knisja Kattolika t-8 ta’ Diċembru huwa s-solennità tat-Tnissil bla Tebgħa…

Continue reading

STQARRIJA LILL-ISTAMPA

Il-kunċert teatrali Jack Daniels Unplugged, bis-sehem ewlieni tal-artisti mużikali Chasing Pandora u Ira Losco, li kien skedat li jsir is-Sibt li ġej 6 ta’ Diċembru fit-Teatru Astra f’Għawdex tħassar minħabba raġunijiet li ma kienx hemm kontroll fuqhom.   Filwaqt li…

Continue reading