FESTA TA’ POPLU !
Dalgħodu kellna l-Konċelebrazzjoni Pontifikali ppreseduta mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex u Dekan tal-Kolleġġjata, assistit minn rappreżentanti tal-Kapitlu Katidrali, il-Kapitlu tal-Kolleġġjata Lateranensi, il-Kleru tal-Bażilika Urbana, u membri tal-Kleru Sekulari u Reliġjuż. Għal konċelebrazzjoni attendew fost l-oħrajn l-President ta’ Malta, l-E.T. Dr George Abela, il-Ministru għal Għawdex Dr. Anton Refalo, s-Segretarju Parlamentri Dr. Franco Mercieca, bosta Membri Parlamentari miż-żewġ partiti, s-Sindku tar-Rabat, Dr Samuel Azzopardi u l-President tas-Soċjetà Filarmonika La Stella s-Sur Paul Zammit flimkien mal-membri tal-kumitat ġenerali. Kienu preżenti wkoll l-President Emeritus ta’ Malta Dr. Eddie Fenech Adami u naturalment kif kien mistenni, l-Beatitudni Tiegħu Ignatius Youssef III Younan, Patrijarka tal-Knisja Kattolika Sirjana ta’ Antjokja.
Dritt wara beda l-marċ grandjuż tal-ħdax fejn xita ta’nies imlew kull rokna ta’ Pjazza San Ġorġ u Pjazza Indipendenza. Fil-marċ daqqew il-Banda ta’ San Ġorġ ta’ Ħal Qormi u dik ta’ Santa Margerita ta’ Sannat. Din hija tassew Festa ta’ Poplu ! Viva San Ġorġ !
(Ritratti: Mario Casha)