Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: August 2009

L-AĦĦAR SERVIZZ FL-ISTAĠUN TAL-FESTI

Nhar is-Sibt 29 ta’ Awwissu, il-banda ċittadina u dekana La Stella temmet l-impenji tagħha fl-istaġun tal-festi f’Għawdex b’servizz lejlet il-festa tal-Madonna ta’ Loretu f’Għajnsielem. Għal darb’oħra s-servizz kien jinkludi marċ qasir u programm mużikali fuq il-planċier fil-pjazza majestuża ta’ dan…

Continue reading

PROGRAMM MUŻIKALI MILL-BANDA ‘LA STELLA’ FIL-FESTA TAL-ASSUNTA

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, il-banda ċittadina La Stella kienet impenjata f’servizz ieħor fir-raħal taż-Żebbuġ, fl-okkażjoni tal-festa tal-Assunta. Il-banda dekana ġiet mistiedna ttella’ programm mużikali lejlet il-festa fil-pjazza ewlenija tar-raħal. Dan kien it-tnax-il servizz li għamlet il-banda fl-irħula Għawdxin f’dan l-istaġun…

Continue reading

MAQDES U KAŻIN FIL-QALBA TAL-BELT

L-istaġun tas-Sajf fil-gżejjer Maltin minbarra s-sħana u t-temp sabiħ, iġib miegħu wkoll numru kbir ta’ festi fil-bliet u l-irħula Maltin u Għawdxin. Ta’ kull ġimgħa madwar pajjiżna jiġu ċċelebrati numru sabiħ ta’ festi. F’Għawdex, għandna x-xorti li l-ebda festa ma…

Continue reading

“IL-FESTA L-AKTAR POPOLARI TAL-GŻIRA”

Għaddew ħamsa u għoxrin ġurnata mill-aħħar jum tal-festa l-kbira ta’ beltna: il-festa tal-patrun ta’ beltna u ta’ gżiritna San Ġorġ Megalomartri. Jgħaddu l-ġranet, iżda f’moħħna jibqgħu s-suċċessi li ntlaħqu għal darb’oħra f’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet li għalihom ħdimna tant matul is-sena li…

Continue reading

IL-BANDA ĊITTADINA ‘LA STELLA’ F’SAN LAWRENZ

Fi tmiem il-ġimgħa komplew il-festi fl-irħula Għawdxin u għaldaqstant komplew ukoll l-impenji tal-banda ċittadina La Stella b’żewġ servizzi fir-raħal ta’ San Lawrenz, fejn ġiet iċċelebrata l-festa ta’ San Lawrenz Levita u Martri. F’dan ir-raħal li għandu rabtiet speċjali mas-Soċ. Filar.…

Continue reading

L-EWWEL RITRATT TAL-EWWEL SOĊJETÀ MUŻIKALI

Kitba ta’ Michael Said  Ili ħafna biex nikteb xi ħaġa fuq dawk il-bandisti li bil-ħila tagħhom ġiet imwaqqfa l-ewwel soċjetà mużikali f’Għawdex: is-Soċjetà Filarmonika La Stella.  Inħoss li wasal iż-żmien li nikteb fuq dawn wara ħafna riċerka li rnexxieli nagħmel…

Continue reading

IL-BANDA ĊITTADINA ‘LA STELLA’ FIL-QALA

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, il-banda ċittadina u dekana La Stella kompliet bl-impenji tagħha fil-festi Għawdxin. Il-banda għal darb’oħra ġiet mistiedna ddoqq waqt il-marċ popolari ta’ lejlet il-festa ġewwa r-raħal tal-Qala, fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġużepp. Dan kien id-disa’ servizz minn…

Continue reading

ATTIVITÀ GĦALL-ALLIEVI U Ż-ŻGĦAŻAGĦ

L-Għaqda Bandisti Żgħażagħ La Stella rat it-twelid tagħha f’Lulju 2008, u matul is-sena li għaddiet minbarra li ħajret numru ta’ tfal u żgħażagħ jidħlu fl-iskola tal-mużika tas-Soċjetà La Stella, organizzat numru ta’ attivitajiet extra kurrikulari għall-allievi, u anke għan-numru kbir…

Continue reading

Kompożitur Residenti tal-Orkestra Fil. Nazzjonali

Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella tixtieq tifraħ lis-surmast direttur tagħha, il-Prof. Joseph Vella, għall-kariga ġdida tiegħu bħala kompożitur residenti fi ħdan l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali. Dan tħabbar nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Lulju mill-Ministru tal-Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport Dolores Cristina, hekk kif…

Continue reading

Awwissu: ix-xahar li jfakkar is-Separazzjoni

L-1 ta’ Awwissu 1955. Il-Kurja Veskovili ta’ Għawdex. L-isqof djoċesan Mons. Ġużeppi Pace jiffirma d-digriet Cum hodiernis temporibus. 267 sena ta’ inġustizzja u prepotenza imħassra b’ġest nobbli ta’ isqof missier.   Għalina l-Ġorġjani, u għal min għandu għal qalbu l-interess tal-Knisja Għawdxija, dan…

Continue reading