Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: July 2012

STATWI TA’ SAN ĠORĠ

Għadha kif waslet it-tieni kunsinna ta’ minjaturi tal-istatwa titulari ta’ San Ġorġ Martri meqjuma fil-Bażilika, ir-Rabat Għawdex. Dan il-proġett qed isir fuq inizzjattiva tas-Soċjetà Filarmonika La Stella.    L-istatwa, li hija maħduma b’mod fin ħafna għandha għoli ta’ 12 il-pulzier u hija kopja qrib…

Continue reading

KTIEB GHAT-TFAL DWAR SAN ĠORĠ

Dan l-aħħar, sewwa sew fil-jiem tal-festa ħareġ għall-pubbliku ktieb ġdid għat-tfal dwar San Ġorġ.  Il-ktieb huwa miktub minn Cornelia Mary Bilinski u tradott għall-Malti minn Francesco Pio Attard.  L-illustrazzjonijiet huma kollha ta’ Theresa Brandon.  Il-ktieb huwa pubblikat mill-Klabb Kotba Maltin…

Continue reading

MINJATURA TAL-ISTATWA TA’ SAN ĠORĠ

Għadha kif waslet l-ewwel kunsinna ta’ minjaturi tal-istatwa titulari ta’ San Ġorġ Martri meqjuma fil-Bażilika, ir-Rabat Għawdex. Dan il-proġett qed isir fuq inizzjattiva tas-Soċjetà Filarmonika La Stella.  Kif kien mistenni din l-ewwel kunsinna inħatfet kollha.  Fil-ġranet li ġejjin ser jaslu minn…

Continue reading

IL-BANDA LA STELLA ĠEWWA SANNAT

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, eżattament il-Ħadd 22 ta’ Lulju, jum il-festa ta’ Santa Margerita fir-raħal ta’ Sannat, il-Banda Ċittadina La Stella ġiet mistiedna għal sena oħra biex tieħu sehem f’din il-festa, festa u kommunità li sa minn dejjem kienu…

Continue reading

NĦARSU LURA LEJN IL-FESTA BI KBURIJA

Il-Festa għaddiet.  Wara ġimgħa u aktar ta’ ċelebrazzjonijiet issa wasal iż-żmien li nħarsu lura lejn il-festa waqt li s-Soċjetà La Stella tkompli torganizza l-ħidma tagħha għall-ġranet u x-xhur li ġejjin.  Kellna  attivitajiet fil-Bażilika li kienu sucesss, fosthom in-Novena li ġabret magħha…

Continue reading

IL-FESTA T-TAJBA LILL-ĠORĠJANI KOLLHA !

L-ewwel nett il-festa t-tajba lill-Ġorġjani kollha ! Il-bieraħ filgħaxija kellna it-Translazzjoni Solenni u ċelebrazzjoni Pontifikali tal-Ewwel Għasar tas-Solennità ppreseduti mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof t’Għawdex u Dekan tal-Kolleġġjata Ġorġjana, assistit minn delegazzjoni tal-Kapitlu Katidrali u l-Kapitlu tal-Kolleġġjata In Urbe. Fit-8.00pm…

Continue reading

TKOMPLI L-FESTA TA’ SAN ĠORĠ

It-Tridu Solenni ntemm il-bieraħ meta Dun Richard N. Farrugia wassal ħafna tagħlim fuq San Ġorġ u fuq kif għandna nimitaw lil dan il-Qaddis Patrun u Protettur tagħna. Wara, bħal bqija tal-jiem tat-tridu indaqqet l-antifona Beatus Georgius (pre-1890), mużika ta’ Mro Paolo Fiammingo…

Continue reading

SAN ĠORĠ PATRUN T’GĦAWDEX

It-Tieni jum tat-Tridu ġie fi tmiemu l-bieraħ filgħaxija wara li sar il-Kant tal-Għasar mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata ppresedut minn Mons. Felix Tabone, Vigarju Parrokkjali. Bħal jum ta’ qabel il-priedka saret minn Dun Richard N. Farrugia. L-innu, l-antifona u l-Barka Ewkaristika ġew ippreseduti mill-Kan. Emanuel…

Continue reading

L-EWWEL JUM TAT-TRIDU

Il-Bieraħ filgħaxija kompliet il-festa ta’ San Ġorġ Patrun u Protettur t’Għawdex bl-ewwel jum tat-Tridu u naturalment kif inhi magħrufa, d-dimostrazzjoni ta’ San Ġorġ taż-Żiemel, xogħol Alfred Camilleri Cauchi (1987). Fis-6.30pm kien hemm il-kant solenni tal-Għasar mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata flimkien mal-ġemgħa liturġika,…

Continue reading

ĦRUĠ TA’ SAN ĠORĠ MINN NIĊĊA

Il-Bieraħ filgħaxija l-Banda Ċittadina La Stella għamlet marċ minn Taċ-Ċawla sal-Pjazza ta’ San Ġorġ wara li l-Arċipriet flimkien mal-Kleru u l-Kapitlu għamel konċelebrazzjoni fil-Kappella tar-Ragħaj it-Tajjeb. Dritt wara li l-Banda tagħna spiċċat il-marċ fil-pjazza, beda ħiereġ San Ġorġ minn niċċa fost entużjażmu…

Continue reading

IT-TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL FIL-FESTA TA’ SAN ĠORĠ

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tixtieq tagħmel referenza għat-tiġrijiet tradizzjonali taż-żwiemel tal-festa ta’ San Ġorġ li kienu skedati għat-Tnejn 9 ta’ Lulju 2012 fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Victoria.   Filwaqt li tippreċiża li l-permessi biex dawn it-tiġrijiet setgħu jsiru, ġew mogħtija…

Continue reading

TINTEMM IN-NOVENA TA’ SAN GORG

Illejla ntemmet in-novena bi preparazzjoni għall-festa ta’ San Ġorġ li se tkun nhar il-Ħadd li ġej.  Fil-fatt il-quddiesa tas-sitta ħadet forma differenti mis-soltu peress li kien imiss li jittella’ d-disa jum tan-novena.  Il-Bażilika kienet ippakkjata bin-nies sa minn kmieni, fejn…

Continue reading

CD ĠDID MILL-BANDA LA STELLA

Din is-sena il-Banda Ċittadina La Stella kompliet it-tradizzjoni li  tipproduciCD ġdid b’sett ta’marċijiet ġodda li mbagħad jiżżanżnu nhar il-Erbgħa 11 ta’ Lulju 2012 waqt id-dimostrazzjoni b’San Ġorġ fuq iż-żiemel.  Dan is-sett jinkludi fih kompożizzjonijiet ta’ ismijiet rinomati,  anke membri tal-istess Banda La Stella, fosthom is-Surmast Direttur Prof. Joseph…

Continue reading

IKLA TAL-FESTA

Bħala l-ewwel attività ta’ din is-sena għall-festa se jkollna ikla ġo Pjazza San Ġorġ, illum il-Ġimgħa 6 ta’ Lulju 2012.  Ejjew iddevertu magħna u fl-istess ħin tkunu qed tgħinu l-festa ta’ San Ġorġ.  Ħin ikun fit-8 pm. Biljetti mingħand Frank…

Continue reading

WASLET IL-FESTA

Ninsabu ftit ġranet il-bogħod minn wieħed mill-aktar appuntamenti importanti fil-ħajja tas-Socjeta Filarmonika La Stella u anke tal-Belt Victoria; il-festa ta’ San Ġorġ, ”il-festa l-aktar popolari tal-gzira”. Il-Banda Ċittadina La Stella, il-protagonista prinċipali fil-festi esterni ta’ San Ġorġ qed tipprepara bis-sħiħ…

Continue reading

SERVIZZ FL-IMNARJA FIN-NADUR

Il-Ħamis 28 ta’ Ġunju, il-Banda La Stella ħadet sehem f’marċ prestiġġjuż ferm, dak ta’ lejlet il-festa ta’ San Pietru u San Pawl.  Flimkien mal-Banda La Stella daqqet ukoll il-banda residenti Mnarja, waqt marċ brijuż fejn iż-żewġ baned u daqqew numru…

Continue reading