Join Us On:

News Archive

SERVIZZ FL-IMNARJA FIN-NADUR

Il-Ħamis 28 ta’ Ġunju, il-Banda La Stella ħadet sehem f’marċ prestiġġjuż ferm, dak ta’ lejlet il-festa ta’ San Pietru u San Pawl.  Flimkien mal-Banda La Stella daqqet ukoll il-banda residenti Mnarja, waqt marċ brijuż fejn iż-żewġ baned u daqqew numru ta’ marċi popolari.  Il-Banda Mnarja se tkun magħna l-Ħadd, nhar jum il-festa 15 ta’ Lulju filgħaxija.
 
Dan is-servizz sar wara li f’anqas minn ġimgħa il-Banda tagħna kienet impenjata b’servizz ix-Xewkija u wkoll sar ir-recording ta’ CD ġdid.  Il-popolarità tal-Banda tagħna f’Għawdex b’mod speċjali fil-festi tal-gżira, hija waħda kbira u allura l-impenji ma jieqfu qatt.  Issa minn hawn tibda l-preparazzjoni għas-servizzi tal-ġimgħa tal-festa li tiftaħ it-Tnejn 9 ta’ Lulju.