Join Us On:

News Archive

NĦARSU LURA LEJN IL-FESTA BI KBURIJA

Il-Festa għaddiet.  Wara ġimgħa u aktar ta’ ċelebrazzjonijiet issa wasal iż-żmien li nħarsu lura lejn il-festa waqt li s-Soċjetà La Stella tkompli torganizza l-ħidma tagħha għall-ġranet u x-xhur li ġejjin.  Kellna  attivitajiet fil-Bażilika li kienu sucesss, fosthom in-Novena li ġabret magħha ħafna tfal: dawk li minn hawn u ftit żmien ieħor ikunu ż-żgħażagħ tagħna. Ma nisghtux ma nagħmlux riferenza lejn t-Tridu kbir li sar minn Dun Richard N. Farrugia.  

 

Naturalment mit-Tnejn filgħodu l-Belt Victoria kien ġa bdiet tinża l-libsa sabiħa li kellha fl-aħħar jiem. Imma kull bidu għandu tmiem u l-Għaqda tal-Armar wara ġranet sħaħ ta’ xogħol biex jintrema kollox f’postu issa bdiet tiġbor kollox fl-imħażen tal-Każin.  Dan ifissier li mhux kulħadd ikun jistrieħ wara l-festa, għax kif qed ngħidu tal-Armar kważi kważi jridu jaħdmu aktar għax iridu jiġbru kollox fi żmien iqsar.

 

Kien ta’ pjaċir li t-toroq tagħna bdew jimtlew sa mit-Tlieta tal-ġimgħa tal-festa, folol kbar f’kull dimostrazzjoni kif jixdhu r-ritratti.  Insomma l-festa tagħna hija popolari ħafna u kulħadd stagħġeb kemm ikun hawn konkorrenza f’San Ġorġ ibda mill-ħruġ minn niċċa sad-dħul trijonfali tiegħu l-Ħadd li għadda.

Prosit tassew lil dawk kollha li taw sehem fl-organizzazzjoni tal-festa; l-kumitat ċentrali, l-bandisti, tal-armar, tan-nar, dawk involuti fir-rappurtaġġ fuq l-internet, pubblikazzjonijiet, tal-briju, fotografi, tar-radju, l-uffiċċju parrokkjali u l-kleru u l-kapitlu. Kliem ta’ tifħir imur ukoll lejn iż-żgħażagħ tagħna li kienu kapaċi joħolqu briju kbir u fl-istess ħin iżommu l-ordni f’koperazzjoni sħiħa mal-awtoritajiet.  Bħalma kulħadd jaf din is-sena t-tiġrijiet taż-żwiemel ma sarux minħabba ċirkostanzi li ma kellnix kontroll fuqhom, imma jekk Alla jrid is-sena d-dieħla jerġgħu ikunu magħna.  Il-festa ta’ San Ġorġ, Patrun t’Għawdex, kienet festa ta’ kultura, ta’ arti, ta’ briju, festa kompluta b’funzjonijiet li jeżaltaw l-aspett spiritwali tagħha.  Kienet festa li tat spinta l-kummerċ f’Għawdex kif sostnew ħafna sidien tal-ħwienet u stabbilimenti. Fuq kollhox kienet “festa ta’ poplu”.

 

Min hawn issa tibda ġirja oħra lejn tragward ieħor importanti … Festival Mediterranea 2012 li jinkludi l-opra lirika Madama Butterfly fi żmien tlett xhur oħra. Imma dwar dan, is-sit ikompli jaġġornakhom fil-ġranet li gejjin.

(Ritratti: Joe Attard, Toni Farrugia, Anton Farrugia)