Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: July 2019

SEHEM FIL-FESTA TA’ SANTA MARGERITA

Nhar il-Ħadd li ġej il-Banda Ċittadina La Stella tkompli bis-servizzi tagħha fil-festi tas-sajf.  Wara ġimgħa impenjattiva fil-festa tal-patrun tagħna San Ġorġ Martri, imiss issa li nieħdu sehem fil-festa ta’ Santa Margerita, ġewwa ta’ Sannat. Ir-raħal ta’ Sannat għandu rabtiet storiċi…

Continue reading

IL-FESTA T’TAJBA !

Illum il-Ġimgħa jiġi fi tmiemu t-tridu solenni u ssir id-dimostrazzjoni grandjuża bl-istatwa ta’ San Ġorġ Rebbieħ ta’ Vincenzo Cremona.  Fid-9pm se jindaqq l-innu Su Garzoni mill-Banda Ċittadina La Stella taħt id-direzzjoni tas-Surmast Dr John Galea.  Jiehdu sehem il-Kor tat-Tfal Piccole…

Continue reading

SERATA SPEĊJALI WAQT L-AKKADEMJA MUŻIKO-LETTERARJA

Il-bieraħ filgħaxija l-Banda Ċittadina La Stella fetħet l-impenji tagħha għall-festa tal-patrun tagħna San Ġorġ, liema festa tilħaq il-qofol tagħha nhar il-Ħadd li ġej.  Matul is-serata iżżanżnet bradella ġdida għal San Ġorġ Rebbieħ, fuq disinn ta’ Silvio Pace Ix-xogħol fl-injam sar…

Continue reading

AKKADEMJA MUŻIKO-LETTERARJA

Illejla, fit-8.15pm se ssir akkademja mużiko-letterarja fl-okkażjoni tal-125 anniversarju tal-istatwa ta’ San Ġorġ Rebbieħ.  Fit-7.45pm titlaq dimostrazzjoni qasira bl-istatwa mill-każin La Stella sa Pjazza San Ġorġ.  Waqt is-serata se jiġi segwit l-Ewwel Innu l-Kbir ta’ Għawdex “Su Garzoni” (1894), versi…

Continue reading

WASLET IL-FESTA

In-Novena Nhar is-Sibt 6 ta’ Lulju se tingħata bidu n-Novena ta’ San Ġorġ fil-quddiesa tas-7pm.  In-Novena se tkun immexxija mill-Arċipriet Mons. Joseph Curmi. Tkun ħaġa sabiħa ferm li nieħdu mpenn serju u nattendu għal dawn il-jiem ta’ tħejjija.  In-Novena ma…

Continue reading