Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: April 2012

IL-FESTA LITURĠIKA TA’ SAN ĠORĠ

Il-bieraħ filgħaxija, wara l-pontifikal solenni fil-Bażilika Ġorġjana, il-Banda La Stella għamlet marċ brijuż bl-istatwa ta’ San Ġorġ (Austin Camilleri, 1991) minn Pjazza San Ġorġ sal-każin La Stella.  Il-pontifikal beda fis-7.00pm u minbarra l-Isqof Mons. Mario Grech ikkonċelebraw numru kbir ta’…

Continue reading

INSELLMULEK PRINCEP TAL-MARTRI !

Insellmulek Prinċep tal-Martri, f’dan il-jum hekk għaziz għal kull Ġorġjan u għal kull min għazel lilek bħala mudell Kristjan. Insellmulek Patrun ta’ din il-gzira u ta’ beltna, u nitolbuk tħarisna fil-mumenti diffiċli tagħna. F’dan il-jum hekk importanti nistednukom tipparteċipaw f’dawn…

Continue reading

AWGURI DUN FABIO !

Wara l-kunċert tal-bieraħ, dalgħodu fil-11.00am se ssir konċelebrazzjoni Solenni ta’ Radd il-Ħajr għall-Ġublew Presbiterali tal-Fidda ta’ Dun Fabio Attard SDB, saċerdot bin il-parroċċa tagħna.   Il-bieraħ sar kunċert fejn kantaw il-kor Laudate Pueri, kif ukoll Quartetto tal- Cappella Pontificia Sistina taħt…

Continue reading

FESTA LITURĠIKA TA’ SAN ĠORĠ PATRUN TAGĦNA

Nhar it-Tnejn 23 ta’ April huwa jum għażiż għalina l-Ġorġjani. Huwa jum li fih niftakru u niċċelebraw jum il-festa Liturġika tal-Patrun t’Għawdex w tad-Djoċesi tagħna.   Is-Solennità Liturġika tibda mill-Ħamis 19 ta’ April fejn fis-6.00pm ikun hemm Konċelebrazzjoni Solenni tat-Tridu, bil-kant…

Continue reading

AKTAR RITRATTI TA’ ĠORĠI TAGĦNA

Qed inpoġġulkom link tal-Facebook fejn hemm numru sabiħ ta’ ritratti tal-fotografu Joe Attard. Ritratti ta’ Ġorġi Tagħna minn Joe Attard. Qed ninkludu wkoll link għall- PD Casts tas-serata.  PD Casts.

ĠORĠI TAGĦNA FIT-TEATRU ASTRA

Il-bieraħ it-Teatru Astra kien ċentru ta’ kultura, arti u tagħlim ispirat minn San Ġorġ, meta fuq inizjattiva tal-Għaqda tal-Armar b’kollaborazzjoni tal-Kumitat tas-Soċjetà Filarmonika La Stella ttellgħet serata grandjuża dwar San Ġorġ li ngħatat l-isem ta’ Ġorġi Tagħna.  Kull min kien preżenti…

Continue reading

SPETTAKLU ĠORĠJAN FIT-TEATRU ASTRA

Fit-Teatru Astra, f’dawn il-ġranet jinsabu għaddejjin ġmielhom l-aħħar preparamenti għall-ispettaklu ta’ żfin, drama u mużika – Ġorġi Tagħna, ftit ġranet qabel il-festa liturġika ta’ San Ġorġ nhar it-23 ta’ April. Ġorgi Tagħna, produzzjoni ta’ l-Għaqda ta’ l-Armar tas-Soċjetà La Stella ser…

Continue reading

L-GĦID IT-TAJJEB !

Illum nifirħu ma ħutna l-insara f’dik li hi l-aqwa festa għall-Knisja universali, il-qawmien mill-imwiet ta’ Sidna Ġesu Kristu, eżattament kif kien ħabbar matul ħajtu.   Il-Banda La Stella dalgħodu kellha tieħu sehem fid-dimostrazzjoni reliġjuża bi Kristu Rxoxt, xogħol fl-injam ta’…

Continue reading

IL-BANDA LA STELLA TIEĦU SEHEM FIL-ĠIMGĦA L-KBIRA

Il-Banda Ċittadina La Stella il-bieraħ ħadet sehem f’dik li hi l-eqdem purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, f’Għawdex, purċissjoni li żammet l-element devozzjonali u tradizzjonali tagħha matul is-snin.  Din is-sena nistgħu ngħidu li għal darba oħra kienet suċċess kbir u kien hawn ħafna…

Continue reading

IL-BANDA LA STELLA FIL-ĠIMGĦA L-KBIRA

Il-Banda Ċittadina La Stella kull sena tieħu sehem fl-eqdem Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li għandna f’Għawdex. Huwa ta’ unur għas-Soċjetà tagħna li f’dawn il-ġranet qaddisa tipparteċipa f’din il-purċissjoni partikolari li żammet is-sura oriġinali tagħha bħala waħda penitenzjali.   L-Isqof ta’ Malta Ferdinando…

Continue reading

ISIR IL-KUNĊERT TA’ MUŻIKA SAGRA

Kif kien imħabbar il-lejla nżamm il-kunċert ta’ mużika sagra fil-Bażilika ta’ San Ġorġ mill-Banda Ċittadina La Stella taħt id-direzzjoni tas-Surmast  Prof. Joseph Vella. Is-siltiet magħżula kienu tal-ogħla livell u ġew eżekwiti b’mod impekkabbli mill-bandisti tagħna frott jiem ta’ tħejjija u…

Continue reading

KUNCERT TA’ MUZIKA SAGRA MILL-BANDA LA STELLA

Nixtiequ nfakkru lill-partiatrjij tal-Banda Cittadina La Stella u lill-parruċċani tal-Bażilika Kolleġġjata ta’ San Ġorġ li għada t-Tnejn, 2 ta’ April fit 8.15 pm se jkun hemm il-Kunċert ta’ Mużika Sagra fil-Bażilika ta’ San Ġorġ.  Din l-attività se tkun taħt id-direzzjoni…

Continue reading