Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: July 2007

10 SNIN….MILL-EWWEL ĦARĠA TAR-RIVISTA

F’Lulju ta’ l-1997, is-Soċjetà Filarmonika “La Stella”, ħarġet l-ewwel edizzjoni tar-rivista uffiċjali tagħha “ta’ l-iStilla”, rivista li l-għan tagħha kien li żżomm lill-partitarji tagħha aġġornati b’dak kollu li kien qed jiġri fi ħdan l-istess Soċjetà. L-ewwel rivista tas-Soċjetà “La Stella”…

Continue reading

KORRISPONDENZA RIGWARD IL-MARĊ TA’ NHAR STA MARIJA

Għall-benefiċċju tal-partitarji kollha tas-Soċjetà tagħna u tal-Parruċċani tal-bażilika ta’ San Ġorġ, qed nippubblikaw korrispondenza li ntbagħtet mis-Soċjetà Filarmonika La Stella u l-Kunsill Amministrattiv tal-bażilika, rigward il-marċ provokattiv u skandaluż ta’ nhar Santa Marija filgħodu, liż-żewġ baned li aċċettaw l-istedina li…

Continue reading

IL-BANDA “LA STELLA” FIL-FESTA TA’ STA MARGERITA

Wara ġimgħa sħiħa ta’ impenji tul il-festa tal-patrun t’Għawdex San Ġorġ Martri fil-belt Victoria, il-banda kien imissha servizz ieħor fir-raħal ta’ Sannat fil-festa ta’ Santa Margerita. Ir-raħal ta’ Sannat huwa raħal marbut ħafna mas-Soċjetà ta’ l-Istilla u ma’ San Ġorġ,…

Continue reading

IKOMPLU S-SERVIZZI TAL-BANDA ‘LA STELLA’

Filwaqt li hawn baned li kellhom sajf ferm rilassanti, dan mhux l-istess jista’ jingħad għall-banda ċittadina “La Stella”. Il-banda ewlenija ta’ beltna, ħadet sehem fil-festi kollha li ġew iċċelebrati s’issa f’Għawdex, minbarra f’ta’ Kerċem. Fost dawn il-festi hemm inklużi wkoll…

Continue reading

JOSEPH CALLEJA IN VERDI’S MACBETH

Teatru Astra is very proud to announce the participation of world famous tenor Joseph CALLEJA for the forthcoming production of Verdi’s “Macbeth”, the first performance of which will take place on Thursday, October 25 with a second performance on Saturday…

Continue reading

L-ASTRA FOLK GROUP F’CARPINETO ROMANO

Il-Gruppp Folkloristiku Astra, ta’ beltna ser jirrappreżenta lil Malta, fl-ewwel Festival Internazzjonali bl-isem “Folclore dei Lepini” f’Carpineto Romano l-Italja, bħala grupp mill-Mediterran. Il-festival beda l-bieraħ 17 ta’ Lulju u jibqa’ għaddej sat-22 ta’ Lulju 2007. Il-grupp, ħalla Malta nhar it-Tnejn…

Continue reading

FESTI KBAR, FESTI TAL-MASSA, FESTI ĠORĠJANI!

Iva, hekk qed tiġi deskritta l-festa kbira ta’ l-Għawdxin, bħala waħda kbira, bħala waħda tal-massa, fuq kollox festa ewlenija, festa Ġorġjana!! Wara li kmieni il-Ħadd, filgħodu segwejna u rajna l-bażilika mfawwra bil-poplu għal Pontifikal Solenni mmexxi mill-Isqof Mons. Mario Grech,…

Continue reading

BRIJU UNIKU

F’jum il-festa, hekk kif intemm il-pontifikal solenni fil-bażilika urbana, komplew il-festi esterni bil-marċ il-kbir ta’ filgħodu. Marċ ferm popolari għal briju uniku, briju li ġej minn ferħ li jħeġġeġ kemm tfal, żgħażagħ, adulti u wisq aktar emigranti li jkunu fostna…

Continue reading

PONTIFIKAL SOLENNI F’ĠIEĦ SAN ĠORĠ

Il-festa l-Kbira tal-Belt Victoria laħqet il-qofol tagħha il-Ħadd 15 ta’ Lulju 2007, ġurnata ddominata sa minn sbieh fil-għodu b’attività reliġjuża, tradizzjonali u kulturali, ġurnata li tagħti l-akbar merħba lill eluf kbar ta’ Għawdxin, Maltin, barranin u emigranti li kollha jiġu…

Continue reading

IL-MARĊ KOLOSSALI TA’ LEJLET IL-FESTA

Is-Sibt, 14 ta’ Lulju, filgħaxija komplejna biċ-ċelebrazzjonijiet kbar f’ġieħ San Ġorġ Martri patrun u protettur ta’ beltna. Hekk kif intemmu ċ-ċelebrazzjonijiet reliġjużi fil-bażilika, fil-pjazza tagħna kellna programm mill-aqwa mill-banda ċittadina “King’s Own” tal-belt Valletta. F’dan il-programm il-banda beltija fetħet il-programm…

Continue reading

GĦAWDEX ISELLEM LILL-PATRUN TIEGĦU

Illum, Jum il-festa tal-Patrun tad-djoċesi u ta’ beltna San Ġorġ Megalomartri, jum tant u tant għażiż iċċelebrat bl-akbar pompa fil-belt t’Għawdex. Fit-8.30am nibdew dan il-jum b’pontifikal solenni mmexxi mill-ET Mons Isqof Mario Grech. L-assemblea liturġika ser tkun immexxija mill-President ta’…

Continue reading

IKOMPLU Ċ-ĊELEBRAZZJONIJIET F’BELTNA

Dalgħodu, tkomplew bil-kbir il-festi esterni mill-Kumitat tas-Soċjetà ‘La Stella’. Dan il-jum ta’ ċelebrazzjonijiet, li diġa’ kien inbeda b’servizz reliġjuż fil-bażilika Urbana permezz ta’ quddiesa solenni u ta’ ringrazzjament f’għeluq il-ħamsin sena mit-tifkira ta’ l-ordinazzjoni saċerdotali tal-Kan. Maġġur Dun Ġużepp Borg,…

Continue reading

NIFIRĦU LILL-KAN. ĠUŻEPP BORG

Illum, is-Sibt 14 ta’ Lulju tkomplew jitfakkru aktar ġublej wara dawk it-tlieta li għadhom kemm ġew festeġjati b’tant pompa u dinjità fil-Bażilika ta’ San Ġorġ. Din id-darba kien imiss il-festa ġubilari tad-deheb ta’ qassis ieħor ħabrieki u benefattur kbir fi…

Continue reading

DIMOSTRAZZJONI GRANDJUŻA FIL-QALBA TA’ BELTNA

Għat-tielet jum konsekuttiv, beltna reġgħet kienet miżgħuda b’eluf ta’ nies, li ġew biex jaqsmu magħna l-ferħ, fil-festa ad unur il-Patrun ta’ gżiritna San Ġorġ Martri. Wara li ntemm it-tielet u l-aħħar Tridu solenni fil-maqdes Ġorġjan, fejn għal darb’oħra spikkat l-imħabba…

Continue reading

ĦIDMET L-GĦAQDA TA’ L-ARMAR

Element importanti fil-festa ta’ San Ġorġ dejjem kien l-armar tal-festa, mertu tal-patrimonju uniku li writna mingħand missirijietna u anke ta’ l-inizjattivi li matul l-aħħar snin ittieħdu sabiex jiġi rinovat u prodott armar ġdid. Il-proġetti ġodda li saru matul l-aħħar snin…

Continue reading

TKOMPLI L-FESTA L-KBIRA TA’ L-GĦAWDXIN

Hekk kif il-jiem igerrbu l-festa kbira tal-Ġorġjani u l-Għawdxin kollha tkompli t-triq tagħha b’folol kbar jimlew il-pjazzez u t-triqat tal-Belt Victoria. Mas-sbieħ ta’ jum il-Ħamis, 12 ta’ Lulju 2007, il-murtali reġgħu taw merħba lil jum ieħor fil-kullana ta’ ġranet sbieħ…

Continue reading

WARA L-EWWEL JUM TAT-TRIDU

Jum wara l-ieħor qiegħda tkompli l-festa kbira ta’ l-Għawdxin, il-festa ta’ San Ġorġ Martri, festa li x-xejra tagħha hija ferm ibbażata fuq ir-reliġjuż u dak kollu li jsir u jiġi organizzat b’tant pompa fil-Bażilika Ġorġjana, ċerimonji mimlija fervur nisrani bis-sehem…

Continue reading

“NIFIRĦU U NFERRĦU”

“Nifirħu u nferrħu”, dawn kienu l-kliem li bihom fetaħ id-diskors fl-okkażjoni tal-ħruġ min-niċċa ta’ l-istatwa ta’ San Ġorġ Martri, il-WR Arċipriet Mons. Ġużeppi Farrugia. Verament kienet okkażjoni ta’ ferħ, f’maqdes maħnuq bin-nies, waqt dan il-jum tant għażiż magħna l-Ġorġjani. Wara…

Continue reading

IT-TIĠRIJIET TRADIZZJONALI…SUĊĊESS KBIR!

Din is-sena wkoll kellna novità għal matul il-festa Ġorġjana – it-tigrijiet tal-bhejjem fi Triq Repubblika jew kif ħafna jafuha Triq it-Tiġrija. Dawn it-tiġrijiet is-soltu jsiru s-Sibt wara nofsinhar u qabel anke kienu jsiru l-Ħadd, nhar il-festa. Din is-sena l-kumitat xtaq…

Continue reading

MERAVILJA!!

Xi ġmiel…x’festa ta’ mużika! Ma setax kien isbaħ il-bidu tal-ġimgħa tal-festa f’ġieħ il-kbir martri San Ġorġ. Verament eċċezzjonali kienet is-serata tal-bieraħ filgħaxija, ġewwa l-bażilika ta’ beltna. Il-maqdes Ġorġjan, imdawwal u mżejjen għall-festa tal-Patrun kien maħnuq bil-mijiet ta’ nies, fosthom numru…

Continue reading

NIDĦLU FIL-ĠIMGĦA TAL-FESTA

L-attivitajiet marbutin mal-festa ta’ beltna, ilhom li bdew proprju mill-14 ta’ Ġunju, meta dakinhar ingħata bidu għall-Victoria International Arts Festival. Issa wasalna proprju fl-aktar ġimgħa importanti tal-festa f’ġieħ San Ġorġ Martri. Illejla ġewwa l-bażilika ta’ beltna ser ikollna serata mużikali…

Continue reading

AD MULTOS ANNOS!!

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella, tixtieq tifraħ lil tliet saċerdoti mill-Parroċċa ta’ beltna – tnejn minnhom qed ifakkru 50 sena u l-ieħor 25 sena mill-ordinazzjoni presbiterali tagħhom. Il-Kan. George Debrincat u l-Kan. Ġwann Mercieca, għalqu 50 sena saċerdoti, u ċċelebraw dan…

Continue reading

GĦAXAR BANED MISTIEDNA GĦALL-FESTA !

Il-festa ta’ San Ġorġ għal darb’oħra, ser terġa’ toffri spettaklu ieħor ta’ baned. Fil-fatt għall-festa ta’ din is-sena, flimkien mal-banda ewlenija ta’ beltna, ser jieħdu sehem xejn inqas minn għaxar baned, erbgħa minn Malta u sitta minn Għawdex. Is-Soċjetà Filarmonika…

Continue reading

TOĦROĠ IL-POSTER TAL-FESTA 2007

Bżonn nirreklamaw il-festa ta’ San Ġorġ ta’ beltna, ma tantx hemm bżonn, u dan kulħadd jafu. L-aqwa reklam isir minn dawk l-eluf ta’ Għawdxin, Maltin u turisti li jżuruna ta’ kull sena, f’nofs ix-xahar ta’ Lulju, u li ma jitilfu…

Continue reading

CD ĠDID TA’ MARĊI BRIJUŻI

GEORGE, THE MARTYR SAINT, huwa l-isem tas-CD il-ġdid maħruġ mis-Soċjetà Filarmonika ‘La Stella’ fl-okkażjoni tal-festa ad unur il-Patrun tad-Djoċesi u tal-belt Victoria, San Ġorġ Martri. Wara bosta gimgħat ta’ preparazzjoni mill-banda La Stella taħt id-direzzjoni tas-surmast il-Prof. Joseph Vella u…

Continue reading

IL-BANDA “LA STELLA” FIL-FESTA TA’ L-IMNARJA

Għal darb’oħra l-banda “La Stella” reġgħet ġiet mistiedna biex tieħu sehem fil-festa ta’ San Pietru u San Pawl iċċelebrata fin-Nadur. Din is-sena l-banda ġiet mistiedna biex tieħu sehem fil-marċ kbir u popolari ta’ lejlet il-festa. Wara spettaklu kbir tan-nar, għall-ħabta…

Continue reading