Join Us On:

News Archive

SAN ĠORĠ PATRUN T’GĦAWDEX

It-Tieni jum tat-Tridu ġie fi tmiemu l-bieraħ filgħaxija wara li sar il-Kant tal-Għasar mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata ppresedut minn Mons. Felix Tabone, Vigarju Parrokkjali. Bħal jum ta’ qabel il-priedka saret minn Dun Richard N. Farrugia. L-innu, l-antifona u l-Barka Ewkaristika ġew ippreseduti mill-Kan. Emanuel Buttigieg.
Imbagħad fid-9pm sar marċ mill-Banda Santa Katerina (iż-Żurrieq) minn Triq ir-Repubblika sa Pjazza San Ġorġ. Wara bdiet id-dimostrazzjoni b’San Ġorġ Patrun t’Għawdex (2008) bis-sehem tal-banda msemmija u l-Banda Santa Marija taż-Żebbuġ, minn Pjazza San Ġorġ sa Pjazza Savina, fejn saret preżentazzjoni awdjo-viżiva fuq San Ġorġ u s-Soċjetà tagħna.
Kif wieħed jista’ jimmaġina kif il-Pjazza kienet ippakkjata bin-nies, u dan minkejja s-sħana qawwija li kienet. L-entużjażmu taż-żgħażagħ tagħna bħal dejjem ma naqasx u dan naturlament jagħmel il-festa tagħna waħda kkulurita u sabiħa, eżattament kif jixraq lill-Patrun u l-Protettur t’Għawdex.
Illum huwa l-aħħar jum tat-Tridu u filgħaxija ssir d-dimostrazzjoni b’San Ġorġ Rebbieħ. Għal aktar informazzjoni idħlu f’dan is-sit elettroniku u fuq il-Facebook Page tagħna, www.facebook.com/lastella.com.mt.