Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: August 2013

FESTIVAL MEDITERRANEA 2013

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella f’dawn il-ġranet tinsab ikkonċentrata għal darba oħra għall-avveniment importanti ieħor fil-kalendarju tal-ħidma tagħha, l-organizzazzjoni ta’ Festival Mediterranea, din is-sena, t-tnax -il edizzjoni ser issir bejn l-24 ta’ Ottubru u 23 ta’ Novembru 2013. Dan il-festival huwa mportanti ħafna mhux biss…

Continue reading

DONAZZJONI UNIKA MINGĦAND PAPA FRANĠISKU

Il-Papa Franġisku għoġbu jirregala s-suttana tiegħu ta’ Kardinal flimkien mal-aċċessorju kollha u mitra lill-mużew tal-Bażilika ta’ San Ġorġ.  Is-suttana li issa tinsab fil-Mużew Il-Ħaġar – Heart of Gozo, hija l-aħħar waħda milbusa mill-Papa Franġisku, dakinhar Kardinal, qabel ma daħal għall-konklavi. Din…

Continue reading

BBQ GĦALL-ALLJIEVI TAL-BANDA

Il-bieraħ filgħaxija ġie organizzat BBQ fil-Każin La Stella għall-alljievi tal-Banda. Din tkun okkażjoni sabiħa fejn l-alljievi jiltaqgħu kollha flimkien, kemm dawk li qed jistudjaw strumenti tar-ram kif ukoll dawk tal-injam.  Prosit tassew lill-organizzaturi u dawk li ħadu ħsieb l-ikel ! …

Continue reading

MEMORJI TAL-FESTA L-AKTAR POPOLARI TAL-GŻIRA

Kif jixdhu l-eluf ta’ ritratti li ttieħdu matul il-jiem festivi ta’ Lulju li għadda minn għadd ta’ dilettanti, din is-sena għal darb’oħra l-Festa ta’ San Ġorġ kienet suċċess kbir minn kull lat.  Il-folol bdew jimlew beltna mill-bidu tal-ġimgħa u żiedu…

Continue reading

SERVIZZI F’SAN LAWRENZ

Il-Banda Ċittadina u Dekana La Stella kompliet bis-servizzi tagħha matul il-weekend li għadda fir-raħal ta’ San Lawrenz. L-ewwel servizz li sar is-Sibt kien jikkonsisti f’marċ brijuż ta’ lejlet il-festa madwar it-toroq tar-raħal. Il-Banda esegwiet fuq il-planċier l-innu l-kbir ad unur…

Continue reading

SERVIZZ FIL-QALA

Il-bieraħ filgħaxija sar marċ u programm mill-Banda Ċittadina La Stella fir-raħal tal-Qala għall-festa ta’ San Ġużepp fejn daqqet numru ta’ biċċiet mir-repertorju mużikali tagħha. Il-mużika esegwita kienet ta’pjaċir għall-folla preżenti fil-pjazza ewlenija tar-raħal.  Ta’ min isemmi li r-raħal tal-Qala għandu…

Continue reading