Join Us On:

News Archive

FESTIVAL MEDITERRANEA 2013

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella f’dawn il-ġranet tinsab ikkonċentrata għal darba oħra għall-avveniment importanti ieħor fil-kalendarju tal-ħidma tagħha, l-organizzazzjoni ta’ Festival Mediterranea, din is-sena, t-tnax -il edizzjoni ser issir bejn l-24 ta’ Ottubru u 23 ta’ Novembru 2013. Dan il-festival huwa mportanti ħafna mhux biss fil-kalendarju kulturali tas-Soċjetà Filarmonika La Stella imma wkoll dak tal-Gżira Għawdxija.

Kif tħabbar qabel, din is-sena l-festival se jkun jinkorpora fih l-opra lirika Otello ta’ Giuseppe Verdi f’għeluq il-200 sena mit-twelid tiegħu.  L-opra se ssir darbtejn, fil-24 u fis-26 ta’ Ottubru. Bħas-soltu l-organizzaturi ħasbu biex jiksbu s-servizzi ta’ kantanti ta’ fama internazzjonali u l-opra se tinkludi s-servizz importanti tal-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta, kif ukoll l-Kor tat-Teatru Astra.

Attivitajiet oħra jinkludu Guided Tour fil-Ħaġar –Heart of Gozo, mużew ġdid tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ kif ukoll fil-Bażilika ta’ San Ġorġ. It-Tour se jsir mill-istoriku Dr. Paul George Pisani.

Din l-attività se tkun fil-25 ta’ Ottubru.  Fl-istess data se jkun hemm ukoll lecture fil-Banca Giuratale,  Lost or Gained in Translation: Shakespeare revisited by Verdi minn Dr. Maria Frendo.

Fis-26 ta’ Ottubru se jkollna wkoll viżta f’ Tal-Massar Vineyards fl-Għarb u filgħaxija it-tieni rappreżentazzjoni tal-opra. Nhar it-2 ta’ Novembru se tinżamm lecture oħra mill-Prof. Victor Mallia Milanes – Venice, Hospitaller Malta, and fear of the Plague in the Mediterranean: Culturally conflicting views. Din l-attività se ssir fil-Mużew Il-Ħaġar, Heart of Gozo.

Lecture oħra nteressanti hija dik minn Mark Segona, artist u storiku tal-arti stabbilit li din is-sena se tkun jisimha Mattia Preti and his influence on Maltese painting, fl-okkażjoni tal-400 sena mit-twelid tal-artist kalabriż.  Din l-attività se ssir f’Santu Wistin, ir-Rabat, Għawdex.

L-aħħar żewġ attivitajiet huma t-tnejn mużikali.  Waħda tikkonsisti f’kunċert fl’Aula Mgr Giuseppe Farrugia mill-La Stella Brass Ensemble & Soloists u l-ieħor f’kunċert grandjuż mill-Banda Ċittadina u Dekana La Stella.  Dan il-Kunċert Annwali jagħlaq Fesitval Mediterranea 2013. 

Fil-ġranet li ġejjin jistgħu jitħabbru wkoll avvenimenti oħra bħala parti mill-festival ta’ din is-sena.  Dwar dan inżommukom aġġornati fuq dan is-sit.

 Wieħed jista’ jikseb aktar informazzjoni billi jżur is-sit www.mediterranea.com.mt jew iċempel fuq 21550985 jew 79256897 jew fuq [email protected].  Min hu interressat għandu jibbukkja minnufiħ peress li ħafna mill-attivitajiet għandhom numru ta’ postijiet limitati.

 landscape banner Concert Banner otello_13_20090523_1250258369 otello_4_20090523_1546469832 Otello_2003