Join Us On:

News Archive

DONAZZJONI UNIKA MINGĦAND PAPA FRANĠISKU

Il-Papa Franġisku għoġbu jirregala s-suttana tiegħu ta’ Kardinal flimkien mal-aċċessorju kollha u mitra lill-mużew tal-Bażilika ta’ San Ġorġ.  Is-suttana li issa tinsab fil-Mużew Il-Ħaġar – Heart of Gozo, hija l-aħħar waħda milbusa mill-Papa Franġisku, dakinhar Kardinal, qabel ma daħal għall-konklavi. Din ċertament ser tkun esebit prezzjuż għall-Mużew u ser tkompli żżejjen l-kollezzjoni imprezzabbli tal-mużew, minbarra li tagħmlu attrazzjoni prinċipali fil-Gżira ta’ Għawdex.

Id-donazzjoni ġiet ippreżentata minn Mons. Alfred Xuereb, Segretarju Personali ta’ Papa Franġisku, waqt  serata organizzata apposta fil-Mużew stess.  Mons Xuereb qasam ma’dawk preżenti diversi esperjenzi tiegħu flimkien mal-Papa, li bis-semplicità tiegħu rebaħ bosta qlub madwar id-dinja.   Mons Xuereb, jew kif jafu kulħadd “Dun Alfred”, semma wkoll l-esperjenza li kellhom dan l-aħħar maż-żgħażagħ f’Rio l-Brażil fejn irrimarka li kienet waħda pożittiva ferm. Mons. Ġużeppi Farrugia, Kuratur tal-Mużew, talab lil Mons Xuereb biex iwassal lill-Papa Franġisku sens kbir ta’ rispett u qima u wiegħed f’isem il-kommunità t-talb sabiex ikompli bil-ħidma sfieqa tiegħu.

DSC_0005 DSC_0008_stitch DSC_0018 DSC_0021 DSC_0035

(Ritratti: Mario Casha)