Join Us On:

News Archive

BBQ GĦALL-ALLJIEVI TAL-BANDA

Il-bieraħ filgħaxija ġie organizzat BBQ fil-Każin La Stella għall-alljievi tal-Banda. Din tkun okkażjoni sabiħa fejn l-alljievi jiltaqgħu kollha flimkien, kemm dawk li qed jistudjaw strumenti tar-ram kif ukoll dawk tal-injam.  Prosit tassew lill-organizzaturi u dawk li ħadu ħsieb l-ikel !  Lejn it-tmiem ingħaqdu magħna wkoll bandisti stabbiliti li ilhom idoqqu mal-Banda La Stella għal diversi snin.

Minn din il-paġna nixtiequ nħajru aktar tfal kif ukoll kbar biex jingħaqdu mal-Banda tagħna u jitgħallmu xi strument.  Il-Banda tagħna minn dejjem kienet sors importanti għall-kultura u żvilupp mużikali ta’ gżiritna u matul il-ġrajja glorjuża tagħha kisbet bosta primati.  Min ikun interessat jibda jitgħallem xi strument jista’ jkellem lil xi membru tal-kumitat jew lis-Surmast Direttur biex isirulu l-arranġamenti meħtieġa.

DSC_0001 DSC_0002 DSC_0004 DSC_0005 DSC_0006  DSC_0009  DSC_0011