Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: January 2008

IPPUBBLIKATA R-RIVISTA “TA’ L-ISTILLA”

Fi tmiem il-ġimgħa, ġiet ippubblikata r-rivista uffiċċjali tas-Soċjetà tagħna: “ta’ l-iStilla” – ħarġa numru 27. Din l-ewwel pubblikazzjoni għas-sena 2008, qed tagħti ħarsa lejn okkażjonijiet speċjali li għaddejna minnhom fl-aħħar xhur tas-sena 2007, fosthom il-ħatra ta’ arċipriet ġdid tal-parroċċa tagħna;…

Continue reading

IKLA U QUDDIESA FIL-BIDU TAS-SENA L-ĠDIDA

Saret tradizzjoni li fil-bidu ta’ sena ġdida tiġi offruta ikla għall-membri kollha tas-Soċjetà tagħna. Din is-sena l-ikla saret nhar is-Sibt 19 ta’ Jannar ġewwa Palazzo Margerita f’ta’ Sannat. Għal din l-ikla kien hemm preżenti l-membri tal-kumitat immexxija mill-president Dr Joseph…

Continue reading

WEBSITE SUĊĊESS

Minn Ġunju 1957, ir-rivista “Leħen il-belt Victoria” bdiet tiġi ppubblikata mis-Soċjetà Filarmonika “La Stella” biex tibda twassal il-vuċi tagħha. Maż-żmien din ir-rivista minħabba xi raġunijiet ma baqgħetx toħroġ u fl-1997 inħass il-bżonn li mill-ġdid jerġa’ jkun hemm vuċi għas-Soċjetà u…

Continue reading

NIFIRĦU LIT-TENUR JOSEPH CALLEJA

It-tenur Malti Joseph Calleja dan l-aħħar ngħata l-midalja tad-deheb 2007 tas-Soċjetà Maltija ta’ l-Arti, Manifattura u l-Kummerċ waqt ċerimonja li saret fil-Casino Maltese, il-belt Valletta. Huwa ngħata dan il-premju bħala rikonoxximent għas-suċċessi internazzjonali miksuba minn Joseph Calleja fil-karriera mużikali tiegħu.…

Continue reading

40 SENA – TEATRU ASTRA

Illum 20 ta’ Jannar 2008, is-Soċjetà Filarmonika “La Stella” tal-belt Victoria, b’ferħ kbir qed tfakkar l-40 anniversarju mill-ftuħ uffiċċjali tal-każin “La Stella” u tat-Teatru Astra. Is-Soċjetà “La Stella” li taf il-bidu tagħha fis-sena 1863 kellha diversi postijiet li servew ta’…

Continue reading

IT-TAGĦLIM TAL-MUŻIKA FIL-KAŻIN TAGĦNA

Waħda mill-aktar fergħat importanti tas-Soċjetà “La Stella”, hija dik tat-tagħlim ta’ l-allievi. Is-Soċjetà tqis din is-sezzjoni bħala waħda fundamentali, u dejjem tassigura li tingħata l-attenzjoni li hemm bżonn. Attwalment fil-banda tagħna nsibu numri kbir ta’ bandisti żgħażagħ u tfal, u…

Continue reading

INFAKKRU L-11 TA’ JANNAR 1881

Il-11 ta’ Jannar 1881, huwa jum storiku għas-Soċjetajiet Mużikali Għawdxin. Kien proprju f’din id-data li twaqqfet uffiċċjalment l-ewwel Soċjetà Filarmonika f’Għawdex – dik “La Stella Vincitrice” tal-belt Victoria. B’kuntratt pubbliku li sar fir-residenza tas-sur Salvu Zammit fi Sqaq numru 9,…

Continue reading

INĦARSU ’L QUDDIEM

Bdejna sena ġdida, u bħas-snin l-imgħoddija, is-Soċjetà Filarmonika “La Stella” tibqa’ minn xahar għal xahar impenjata fl-oqsma kollha tagħha. Soċjetà kbira bħalma hi s-Soċjetà “La Stella” ma tistax taħdem biss tul ix-xahar tal-festa, iżda hija Soċjetà attiva s-sena kollha, grazzi…

Continue reading

MONS. ĠUŻEPPI FARRUGIA DIRETTUR SPIRITWALI ĠDID

Is-Soċjetà Filarmonika “La Stella” tal-belt Victoria, b’ferħ kbir tħabbar in-nominazzjoni ta’ Mons. Ġużeppi Farrugia bħala d-direttur spiritwali ġdid tas-Soċjetà u kappillan tal-banda ċittadina u dekana “La Stella”. Mons. Ġużeppi Farrugia huwa arċipriet emeritu tal-knisja proto-parrokkjali u arċi-matriċi ta’ San Ġorġ…

Continue reading