Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: May 2009

WEBSAJT ĠDIDA GĦAL FESTIVAL MEDITERRANEA

Nhar is-Sibt 24 ta’ Mejju, ġiet imnedija websajt ġdida għal Festival Mediterranea, festival kulturali mtella’ mis-Soċjeta’ Filarmonika La Stella li din is-sena wasal fit-tmien edizzjoni tiegħu. Din il-websajt ġiet inawgurata mill-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi, waqt żjara li hu għamel…

Continue reading

ZOO MILL-ĠDID FIT-TEATRU ASTRA

Bejn il-Ġimgħa 22 u l-Ħadd 24 ta’ Mejju, fil-belt Victoria, ser jiġi mtella’ l-avveniment annwali Lejlet Lapsi, Notte Gozitana. Wara s-suċċess kbir li nkiseb fl-aħħar sentejn, reġa’ ġie deċiż li dan l-avveniment jerġa’ jsir – avveniment li għandu jiġbed lejn…

Continue reading

KUNĊERTI MINN ŻEWĠ BANDISTI TAGĦNA

Xhieda tat-talent mużikali li tħaddan fiha s-Soċjeta’ Filarmonika La Stella, huma żewġ kunċerti mill-aqwa li fihom daqqew żewġ bandisti tagħna: George Camilleri (Ewfonju) u George Apap (Klarinett).   George Camilleri daqq f’kunċert nhar il-Ġimgħa 17 ta’ April fiċ-ċentru għall-kultura u…

Continue reading

ASTRA FOLK GROUP BACK FROM HUNGARY

The Astra Folk Group returned from Hungary last weekend after their nine-day tour of the central European country as special guests of Mr. Bela Danielisz, President of Commision of City-regulation for the General Assembly of the City of Budapest. During…

Continue reading

L-EWWEL ĦAMIS TA’ SAN ĠORĠ

Bħal-lum għaxar ġimgħat, il-belt Victoria, tkun f’nofs il-ġimgħa tal-festa ad unur il-patrun tagħha San Ġorġ Martri. Illum fil-bażilika proto-parrokkjali ta’ beltna nibdew id-disa’ Ħamisijiet li jwassluna għall-ġimgħa tal-festa. Mil-lum nibdew il-mixja li twassalna fl-aktar ġimgħa importanti fil-kalendarju tagħna r-Rabtin. Madanakollu…

Continue reading

ASTRA TOURS 2009: MEDJUGORJE U PRAGA

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella għandha l-pjaċir tħabbar li ser torganizza żewġ tours għal dan is-sajf. Inħajrukom tingħaqdu magħna f’waħda minn dawn il-ġiti f’postijiet meraviljużi.   L-ewwel tour ser ikun bejn id-9 u s-16 t’Awwissu li ġej. Dan ser isir f’Medjugorje…

Continue reading

L-ASTRA FOLK GROUP F’BUDAPEST

Nhar il-Ħamis li għadda, il-grupp folkloristiku Astra, beda żjara ta’ disat ijiem f’Budapest l-Ungerija, fejn ser jieħu sehem f’festival internazzjonali tal-folklor. Il-grupp ħalla gżiritna fis-siegħat bikrin tal-Ħamis 30 t’April, fejn mill-ajruport internazzjonali ta’ Malta telaq b’titjira lejn Vienna. Minn hemm imbagħad…

Continue reading

ĦARĠA GĦAL MALTA GĦALL-ALLIEVI

Nhar il-Ġimgha, l- 1 ta’ Mejju 2009 ġiet organizzata ħarġa għal Malta mill-Għaqda Bandisti Żgħażagħ La Stella, għall-allievi u bandisti żgħażagħ tal-banda tagħna. Għalkemm il-ġita kienet immirata primarjament għall-dawn iż-żgħazagħ tagħna, fil-grupp kien hemm ukoll familjari u membri tal-kumitat li għoġobhom jingħaqdu…

Continue reading