Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: June 2013

SERVIZZ FIN-NADUR

      Il-Banda Ċittadina La Stella kompliet bis-servizzi tagħha l-bieraħ filgħaxija fin-Nadur għall-marċ popolari ta’ lejlet il-festa ta’ San Pietru u San Pawl. Il-Banda tagħna daqqet flimkien mal-Banda Mnarja tan-Nadur matul it-toroq prinċipali tar-raħal. Dan il-marċ huwa popolari ferm…

Continue reading

IL-BANDA TAGĦNA FIX-XEWKIJA

Il-bieraħ, il-Banda Ċittadina La Stella, kompliet bis-servizzi tagħha fir-raħal tax-Xewkija fejn tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Ġwann Battista. Is-servizz kien jikkonsisti f’marċ ta’ lejlet il-festa madwar it-toroq prinċipali tar-raħal flimkien mal-Banda Prekursur. Wara l-Munxar, l-Għasri u l-Fontana (darbtejn) dan kien…

Continue reading

ROCKASTRA FUQ TVM2

Il-lejla l-kunċert RockAstra se jixxandar fuq TVM2 fid-9.15pm, filwaqt li l-Ħadd 23rd June se jkun hemm ripetizzjoni kmieni wara nofsinhar fis-1.10pm.  Din hija okkażjoni tajba biex min ma raħx ma jitlifx dan ċ-ċans li jisma’ l-mużika tal-Banda Ċittadina La Stella…

Continue reading

SERVIZZ FIL-FONTANA

Wara s-suċċess enormi ta’ RockAstra, dan il-weekend il-Banda Ċittadina La Stella kienet impenjata ħafna peress li kellna żewġ servizzi fir-raħal ċkejken tal-Fontana.  F’din il-festa, li hija għal qalb ħafna l-partitarji tal-Istilla, il-banda tat żewġ servizzi: wieħed lejlet il-festa li kien…

Continue reading

ĠBIR TA’ AKTAR MATERJAL STORIKU

Għeżież bandisti, soċji u partitarji tal-Istilla, L-istqarrija li xandarna fit-23 t’April dwar ir-riċerka li tinsab għaddejja bħalissa fuq l-istorja tas-Soċjetà Filarmonika La Stella jidher li niżlet ferm tajjeb ma’ diversi nies, speċjalment tal-partit tagħna, tant li xi persuni waslu biex…

Continue reading

BARBEQUE BUFFET B’RISQ IL-FESTA

Il-Kumitat tal-Festa, fi ħdan il-Kumitat Ġenerali tas-Soċjeta’ Filarmonika La Stella, se jkun qed jorganiżża BARBEQUE BUFFET DINNER, 3-course,  fi Triq ir-Repubblika (quddiem il-każin La Stella), nhar il-Ħadd, 30 ta’ Ġunju, mid-9.00pm ‘l quddiem.  Għal din l-okkażjoni se jkollna fostna wkoll…

Continue reading

ĠIEĦ IL-BELT VICTORIA

Waqt serata organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ beltna, nhar it-Tnejn 10 ta’Ġunju 2013, Jum il-Belt Victoria, ingħata Ġieħ il-Belt Victoria lil erba’ ċittadini tal-belt, fosthom lil Monsinjur Ġużeppi Farrugia, direttur spiritwali tas-Soċjetà Filarmonika La Stella u lil żewġ membri oħra tal-parroċċa…

Continue reading

GEORGE APAP JINĦATAR SURMAST TAL-BANDA SANTA MARGERITA

F’dawn il-jiem tħabbar li George Apap sar is-Surmast il-ġdid tal-Banda Santa Margerita ta’ Sannat. George Apap beda l-istudji tiegħu fit-teorija tal-mużika u l-kwartin fl-età żgħira ta’ sitt snin taħt il-gwida ta’ Joseph Bezzina u Victor Debattista. Fl-1990, ħareġ idoqq għall-ewwel darba mal-Banda…

Continue reading

HIGH TEA KBIR FIL-KAŻIN LA STELLA

Wara s-suċċess kbir ta’ dak li ġie organiżżat f’Mejju, is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella bi pjaċir tħabbar li se tkun qed torganiżża High Tea kbir ieħor, b’riżq il-festi esterni ta’ San Ġorġ. Dan se jsir nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Ġunju, fis-7.30pm, fil-każin.  Bħalma sar fil-High Tea għax-xahar…

Continue reading

ROCKASTRA: KUNĊERT SPETTAKOLARI !

Il-kunċert tal-bieraħ fil-qalba tal-Belt Victoria se jibqa ċertament imfakkar bħala wieħed mill-aktar avvenimenti mużikali mportanti ta’ ġżiritna.  Minn kmieni n-nies bdew jsibu posthom fi Pjazza Indipendenza għall-kunċert RockAstra, tant li ferm qabel ma beda’ ma kienx għad baqa’ post u…

Continue reading

MUSICAL BONANZA TONIGHT AT ROCKASTRA

Dear friends, Have you ever imagined yourselves clapping your hands, tapping your feet, and juggling your minds to the revelling beat of the Beatles, Zucchero, the Queen, John Miles, Guns N’ Roses, Andrew Lloyd Weber and Lucio Dalla and other…

Continue reading

ROCKASTRA – ANQAS MINN ĠIMGĦA ‘L BOGĦOD

Hekk kif ninsabu anqas minn ġimgħa ‘l bogħod mill-appuntament tant mistenni, l-preparamenti għal din l-attività mużikali għaddejjin b’rittmu qawwi ħafna. Intant is-Sibt 1 ta’ Ġunju saret konferenza stampa mill-kunsill lokali tal-Belt Victoria dwar iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum il-Belt Victoria. Fil-konferenza stampta,…

Continue reading

SERVIZZ ĠEWWA L-GĦASRI

Bħalma avżajna l-Ħadd 2 ta’ Ġunju kellna s-servizz fir-raħal ċkejken tal-Għasri.  Il-Banda Ċittadina La Stella għamlet marċ mat-toroq fejn waslet fil-pjazza quddiem iz-zuntier. Hemmhekk il-Banda tagħna laqgħet l-istatwa tas-Salvatur meta ħarġet mil-knisja b’innijiet reliġjużi. Wara, l-Banda akkumpanjat il-purċissjoni mat-toroq ewlenin…

Continue reading