Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: April 2009

ĊITTADINI TA’ NICHELINO FIL-KAŻIN TAGĦNA

Il-bieraħ, 28 ta’ April, 2009, kien imiss lis-Soċjetà tagħna sabiex tospita’ fi ħdanha lil grupp ta’ madwar 130 ruħ li ġew min-Nichelino, Turin, jakkumpanjaw lis-Sindku u l-membri l-oħra tal-Komun għat-tieni parti tal-ġemellaġġ li sar bejn il-Belt Victoria u dik ta’…

Continue reading

FESTA ĠORĠJANA FIL-KANADA

Matul dan ix-xahar, ix-xahar li fih iċċelebrajna s-solennita’ liturġika ta’ San Ġorġ Martri, sħabna l-emigranti Ġorġjani fil-Kanada, iċċelebraw ukoll bil-kbir din il-festa tant għażiża. Wara s-suċċess kbir tas-sena li għaddiet, fejn ġiet imżanżna l-istatwa l-ġdida, kopja tal-istatwa titulari meqjuma fil-bażilika…

Continue reading

IFFIRMAT IL-ĠEMELLAĠĠ MA’ NICHELINO

Fl-okkażjoni tal-iffirmar ta’ ġemellaġġ bejn il-belt Victoria u l-belt ta’ Nichelino, il-bieraħ, il-banda ċittadina La Stella għamlet marċ brijuż minn Pjazza Sant Wistin sa Pjazza Indipendenza fejn saret iċ-ċerimonja tal-iffirmar. Numru kbir ta’ ċittadini min-Nichelino u diversi Rabtin, immexxija mis-sindki…

Continue reading

IL-PROGRAMM MUŻIKALI TAT-23 T’APRIL FUQ YOUTUBE

Għall-benefiċċju ta’ dawk il-persuni li ma setgħux ikunu magħna nhar il-Ħamis għall-kunċert ta’ jum San Ġorġ, qed intellgħu videos meħuda waqt dan il-programm mużikali, fosthom l-Overture 1812 ta’ P.I. Thaikovsky. Segwu dan is-suċċess mill-banda tagħna fuq dawn il-links: Part 1:…

Continue reading

ĦRIĠNA BL-UNURI!

Ma stajniex nagħżlu titlu aħjar minn dan, biex niddeskrivu s-suċċess kbir li kisbet il-banda ċittadina La Stella, il-bieraħ fil-programm mużikali ta’ jum San Ġorġ. Quddiem pubbliku numeruż li mela kull rokna ta’ pjazza San Ġorġ, il-banda kienet f’forma mill-aqwa u…

Continue reading

NIĊĊELEBRAW IL-FESTA TAL-PATRUN TAL-GĦAWDXIN

Ninsabu lejliet is-solennita’ liturġika tal-Kbir Martri San Ġorġ, patrun u protettur tal-Għawdxin. Il-bieraħ fil-bażilika urbana ġie fi tmiemu t-tridu solenni f’ġieh San Ġorġ Martri, b’quddiesa kantata u priedka mill-arċipriet emeritu, Mons. Ġużeppi Farrugia. Illejla, il-vġili solenni ta’ San Ġorġ, fis-6.30,…

Continue reading

IL-PURĊISSJONI TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA

Grazzi għall-fotografu Joe Attard, illum qed intellgħu numru sabiħ ta’ ritratti tal-purċissjoni devota tal-Ġimgħa l-Kbira, li ħarġet mill-bażilika proto-parrokkjali ta’ San Ġorġ, nhar Ħamis ix-Xirka, 9 ta’ April, akkumpanjata mill-banda ċittadina La Stella. Fil-purċissjoni ħadu sehem ukoll il-kor tal-bażilika Laudate…

Continue reading

IMĦASSRA D-DIMOSTRAZZJONI TA’ KRISTU RXOXT

Id-dimostrazzjoni reliġjuża bl-istatwa artistika ta’ Kristu Rxoxt, li toħroġ mill-bażilika proto-parrokkjali ta’ San Ġorġ, akkumpanjata mill-banda ċittadina La Stella, ġiet imħassra minħabba l-maltemp. Iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ l-Għid il-Kbir ikomplu fil-bażilika b’pontifikal solenni mmexxi minn Mons. Isqof Mario Grech, dekan tal-Kolleġġjata Ġorġjana, bis-sehem…

Continue reading

NIFIRĦU LIS-SURMAST JOSEPH VELLA

F’għeluq ir-raba’ anniversarju mill-mewt tal-Papa Ġwanni Pawlu II, il-Konservatorju Vincenzo Bellini ta’ Palermo organizza avveniment biex jitfakkar dan il-Papa tant maħbub. Ħames kompożituri minn pajjiżi differenti ġew ikkummisjunati biex jikkomponu silta mużikali ispirata minn episodji varji mill-ħajja ta’ dan il-Papa.…

Continue reading

L-EQDEM PURĊISSJONI TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA

Il-bieraħ fil-għaxija, fis-7.00pm, il-banda ċittadina La Stella bdiet is-sehem tagħha fl-eqdem purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira f’Għawdex, li toħroġ mill-bażilika ta’ San Ġorġ. Il-banda ħadet postha fi Pjazza San Ġorġ fuq is-siġġijiet imqiegħda apposta biex iddoqq bosta marċi funebri mir-repertorju vast tagħha għal…

Continue reading

L-EWWEL IMPENN TAL-BANDA FIL-ĠIMGĦA MQADDSA

Il-bieraħ il-banda ċittadina La Stella fetħet l-impenji tagħha marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa fil-belt Victoria, b’kunċert ta’ mużika sagra fil-bażilika protoparrokkjali ta’ San Ġorġ Martri. Preżenti għal dan il-kunċert kien hemm uħud mill-ogħla awtoritajiet fosthom is-sindku ta’ beltna s-sur Robert Tabone, l-arċipriet…

Continue reading

ILLEJLA KUNĊERT TA’ MUŻIKA SAGRA

Hekk kif ninsabu fil-bidu tal-ġimgħa Mqaddsa, il-banda ċittadina La Stella tibda bl-impenji tagħha marbuta ma’ dawn il-festi. Illejla fil-bażilika protoparrokkjali ta’ San Ġorġ, ser jittella’ kunċert ta’ mużika sagra mżewwaq b’selezzjoni ta’ marċi funebri mis-sett Salvator Mundi (2008-09); motetti sagri…

Continue reading

WIRJA TAL-ĠIMGĦA MQADDSA FI PJAZZA SAN ĠORĠ

Nhar il-Ġimgħa 3 ta’ April, meta l-Knisja f’Malta u Għawdex kienet qed tiċċelebra l-festa tradizzjonali u mill-aktar għażiża tad-Duluri, fis-sular t’isfel ta’ l-istazzjon tar-radju tal-komunità tagħna, Leħen il-Belt Victoria, fi Pjazza San Ġorġ, ġiet inawgurata wirja mill-aktar interessanti għall-Ġimgħa Mqaddsa.…

Continue reading