IL-PROGRAMM MUŻIKALI TAT-23 T’APRIL FUQ YOUTUBE
Għall-benefiċċju ta’ dawk il-persuni li ma setgħux ikunu magħna nhar il-Ħamis għall-kunċert ta’ jum San Ġorġ, qed intellgħu videos meħuda waqt dan il-programm mużikali, fosthom l-Overture 1812 ta’ P.I. Thaikovsky. Segwu dan is-suċċess mill-banda tagħna fuq dawn il-links:
Part 1: http://www.youtube.com/watch?v=jLaAyxZ41cc
Part 2: http://www.youtube.com/watch?v=jLaAyxZ41cc&feature=channel
Fis-sezzjoni Related Videos wieħed jista’ jara wkoll materjal ieħor relatat mal-banda tagħna u l-bażilika ta’ San Ġorġ, fosthom is-servizzi fil-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa, il-festa liturġika ta’ San Ġorġ, u materjal ieħor ferm interessanti.
F’dan il-link http://www.youtube.com/view_play_list?p=E4E2CD2682C355A4
wieħed jista’ jsib ukoll playlist b’numru ta’ videos marbuta mal-parroċċa tagħna u s-Soċjeta’ La Stella.