Join Us On:

News Archive

IMĦASSRA D-DIMOSTRAZZJONI TA’ KRISTU RXOXT

Id-dimostrazzjoni reliġjuża bl-istatwa artistika ta’ Kristu Rxoxt, li toħroġ mill-bażilika proto-parrokkjali ta’ San Ġorġ, akkumpanjata mill-banda ċittadina La Stella, ġiet imħassra minħabba l-maltemp. Iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ l-Għid il-Kbir ikomplu fil-bażilika b’pontifikal solenni mmexxi minn Mons. Isqof Mario Grech, dekan tal-Kolleġġjata Ġorġjana, bis-sehem tal-kapitlu u l-kleru tal-bażilika. Fi tmiem il-quddiesa jsir it-tberik u t-tqassim tal-figolli lit-tfal fiċ-ċentru parrokkjali ta’ San Ġorġ.

L-impenn li jmiss għall-banda ċittadina La Stella hija d-dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt, din id-darba fir-raħal tal-Fontana, nhar il-Ħadd li ġej, 19 ta’ April.

Minn din il-paġna nixtiequ nawguraw l-Għid it-Tajjeb lil dawk kollha li jżuru dan is-sit, b’mod speċjali lil ħutna l-emigranti.

Aktar ritratti tal-purċissjoni devota tal-Ġimgħa l-Kbira, fil-jiem li ġejjin.