Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: September 2013

FESTA LITURĠIKA TA’ SAN MIKIEL

Nhar il-Ħadd li ġej 29 ta’ Settembru taħbat il-festa liturġika u parrokkjali tal-Arkanġlu San Mikiel.  Matul dawn il-jiem qed isir it-Tridu Solenni dwar San Mikiel minn Mons. Ġużeppi Farrugia fil-quddies tas-6pm. Fil-Bażilika ta’ San Ġorġ għandha l-istatwa kapolavur ta’ San Mikiel,…

Continue reading

LEJLA MALTIJA F’SAN MIKIEL

Bħalma għamlet fis-snin l-imgħoddija, l-Għaqda tal-Armar tal-Festa ta’ San Ġorġ, fi ħdan is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella, ser tkun qed torganiżża Lejla Maltija fl-okkażjoni ta’ Jum San Mikiel, nhar il-Ġimgħa, 27 ta’ Settembru, fit-8.00pm, fi Pjazza San Ġorġ. Karatteristika ewlenija li…

Continue reading

IT-TOMBLA FIL-KAŻIN LA STELLA

Wara l-jiem sħan tas-sajf, il-bieraħ reġgħet bdiet it-tombla fil-Każin La Stella. Naturalment din issa tibqa sejra kull nhar ta’Ħadd mis-7 pm ‘l quddiem.  Ejjew lkoll u ġibu magħkom il-ħbieb biex flimkien niddevertu f’ambjent xieraq u nkunu wkoll qed ngħinu s-soċjetà…

Continue reading

THE HYLAND MASS FIT-TEATRU MANOEL

Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Settembru fit-8pm se tiġi esegwita l-quddiesa A Prayer for Unity in Diversity – The Hyland Mass, kompożizzjoni tal-Prof. Joseph Vella, Surmast Direttur tal-Banda tagħna.  Il-quddiesa kienet ikkommissjonata lill-Prof. Vella mill-filantropiku Christopher Hyland minn New York.  Dan…

Continue reading

ĦARĠA GĦAL MALTA GĦALL-KUNĊERT ROCKESTRA

Is-Sotto-Kumitat Festi Esterni, fi ħdan is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella, qed jorganiżża ħarġa għal Malta nhar is-Sibt, 14 ta’ Settembru, filgħaxija, għall-edizzjoni ta’ din is-sena tal-kunċert Rockestra. Minbarra li dan l-avveniment illum il-ġurnata kiseb popolarita’ kbira fost il-Maltin u l-Għawdxin, huwa…

Continue reading

SERVIZZ F’GĦAJNSIELEM

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella spiċċat is-servizzi tagħha għal din is-sena fil-festi tas-sajf f’Għawdex billi ħadet sehem fil-festa ta’ Għajnsielem għad unur il-Madonna ta’ Loretu.  Is-servizz beda b’marċ minn ħdejn il-Knisja l-qadima u spiċċa fil-Pjazza pinċipali tar-raħal fejn il-Banda Ċittadina La…

Continue reading