Join Us On:

Monthly Archives: March 2014

AKTAR PREPARAMENTI MILL-KOR PICCOLE STELLE

Il-kor tat-tfal tat-Teatru Astra qed jipprepa biex jiehu sehem f’serata mużiko-letterarja li ser issir il-Librerija tal-Vajringa nhar it-Tnejn 14 t’April 2014. Il-kor se jieħu sehem ukoll fil-Festival Marjan li ser isir is-Sibt 17 ta’ Mejju 2014. Fost partijiet oħra t-tfal…

Continue reading

ĦATRA MPORTANTI GĦAL DUN FABIO ATTARD

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tifraħ lil Dun Fabio Attard Sdb, li reġa’ ġie kkonfermat bħala il-Kunsillier għall-Pastorali maż-Żgħażagħ tas-Soċjetà Salesjana fuq livell mondjali. Minn din il-paġna nawguraw lil Dun Fabio aktar ħidma pastorali li ċertament se tħalli ħafna ġid.  Aħna…

Continue reading

IĦALLINA ĠANĠU SALIBA

Is-Soċjeta Filarmonika La Stella tinsab f’luttu wara l-aħbar tal-mewt tal-eks bandist Ġanġu Saliba, bandist li ta servizz għal tal-anqas 47 sena lill-Banda Ċittadina La Stella. Il-funeral tiegħu se jsir nhar il-Erbgħa li ġej, 26 ta’ Marzu, fil-Bażilika ta’ San Ġorġ…

Continue reading

ĦAREĠ IC-CD TAL-MARĊI FUNEBRI

Il-Banda Ċittadina u Dekana La Stella tħabbar li l-CD bil-Marċi Funebri għas-sena 2014 issa jinsab għall-bejgħ u jista’ jiġi akkwistat mill-Każin La Stella għal donazzjoni ta’ €12.  Ċempel fuq 79560250 jew ibgħat fuq [email protected].  Ic-CD jinkludi marċijiet tas-Surmast Direttur, Prof…

Continue reading

SENA TA’ ĦIDMA GĦALL-KUMITAT IL-ĠDID

Nhar il-Erbgħa 12 ta’ Marzu iltaqa għall-ewwel darba il-Kumitat Ġenrali tas-Soċjetà La Stella wara li ntemm il-proċess statutorju annwali bl-elezzjoni tal-President li saret il-Ħadd 9 ta’ Marzu.  Waqt l-ewwel laqgħa saru l-ħatriet tal-għola uffiċjali tas-Soċjetà li jinkuldu numru ta’ konfermi. …

Continue reading

IS-SIEGĦA TAL-MARTRI

Illum is-Sibt, 15 ta’ Marzu 2014, fit-8.00pm, fil-Bażilika ta’ San Ġorġ sa tinżamm l-aħħar ċelebrazzjoni Is-Siegħa tal-Martri, li l-Parroċċa tagħna qed torganizza fl-okkażjoni tal-175 anniversarju ta’ l-istatwa titulari ta’ San Ġorġ.  Iċ-ċelebrazzjoni, li ddum biss sittin minuta, tkun immexxija mis-saċerdot żagħżugħ…

Continue reading

JIFTAĦ IL-BOOKING GĦAN-NABUCCO

It-Teatru Astra għandu l-pjaċir iħabbar il-produzzjoni tal-opra immortali ta’ Giuseppe Verdi Nabucco, li għal darb’oħra ħa tkun l-aktar appuntament mistenni fil-kalendarju mimli ta’ Festival Mediterranea 2014. Hekk wara għoxrin sena n-Nabucco qed terġa’ lura fuq il-palk tal-Astra, billi l-aħħar li…

Continue reading

ĦATRA MPORTANTI GĦAL MONS. ALFRED XUEREB

Il-Papa Frangisku ħatar lil Mons. Alfred Xuereb bħala Prelat Segretarju Ġenerali tas-Segreterija għall-Ekonomija tas-Santa Sede. Id-digriet tal-ħatra ġie ffirmat riċentement mill-Papa. Din is-segreterija l-ġdida għandha fir-responsabbiltà tagħha l-funzjonijiet ekonomiċi u amministrattivi kollha tas-Santa Sede u tal-Istat tal-Vatikan. Għandha wkoll l-istess livell ta’ dmirijiet u drittijiet bhal dik tas-Segreterija tal-Istat. Naturalment din…

Continue reading

SEHEM FIL-KARNIVAL REĠJONALI T’GĦAWDEX

Din is-sena s-Soċjetà Filarmonika La Stella pparteċipati fil-Karnival reġjonali t’Għawdex billi diversi membri tagħha mill-Għaqdiet tan-Nar u tal-Armar għamlu sett ta’ maskri grotteski.  Il-maskri sehem matul il-jiem tal-karnival, naturalment sakemm it-temp ippermetta.  Prosit tassew li dawn il-membri għax-xogħol kreattiv li…

Continue reading

ELETT IL-KUMITAT IL-ĠDID

Wara li nhar il-Ħadd li għadda saret il-laqgħa ġenerali tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, llum 2 ta’ Marzu nħatar kumitat ġdid għas-sena 2014 waqt elezzjoni li saret wara l-kuncert tal-Banda. Kif jistipola l-istatut tas-Soċjetà, il-kumitat jiġi elett mill-Bandisit residenti tal-Banda Cittadina…

Continue reading