Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: May 2008

GĦADA JIĠU RREKORDJATI L-MARĊI TAL-FESTA

Għada l-Ħadd, l-ewwel ta’ Ġunju, il-banda ċittadina u dekana ser terġa’ tkun impenajta din id-darba bir-rekording tas-sett ġdid ta’ marċi brijużi għall-festa ta’ San Ġorġ 2008. Dan ser ikun it-tielet CD irrekordjat f’din is-sena, wara s-sett ta’ marċi funebri li…

Continue reading

IL-BANDA ĊITTADINA ‘LA STELLA’ FIL-MUNXAR

Il-bieraħ fetaħ l-istaġun tal-festi ġewwa Għawdex bil-festa ad unur San Pawl fir-raħal tal-Munxar. Hekk kif bdew il-festi f’Għawdex, nagħta bidu wkoll għal sensiela ta’ impenji għall-banda ċittadina u dekana ‘La Stella’ – banda li għal darb’oħra ġiet mistiedna biex tieħu…

Continue reading

XBIEHA ILLUMINATA TA’ SAN ĠORĠ FUQ GELMUS

Din is-sena, grupp ta’ żgħażagħ Ġorġjani fi ħdan l-Għaqda tan-Nar tal-festa ta’ San Ġorġ, qed jieħdu ħsieb li jżanżnu opra kompletament ġdida li qatt ma dehret fil-festi titulari li jiġu ċċelebrati fil-parroċċi tal-gżejjer tagħna. Din l-opra tikkonsisti fi xbieha artistika…

Continue reading

BBQ KBIR FI PJAZZA SAN ĠORĠ

Nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Mejju, fit-8.00pm ser jiġi organizzat Barbeque kbir fi Pjazza San Ġorġ. Dan il-bbq qed jiġi organizzat mill-Għaqda tan-Nar, b’risq il-festa, li aktar ma jgħaddu ġranet aktar qed tkompli toqrob. Fil-fatt tmien ġimgħat oħra nkunu fil-ġimgħa tal-festa.…

Continue reading

ILLUM JIXXANDAR ‘XARABANK’ MIT-TEATRU ASTRA!

Wara li nhar il-Ħamis 8 ta’ Mejju filgħaxija ġie rrekordjat il-programm popolari ‘Xarabank’ għall-ewwel darba mit-Teatru Astra, dan il-programm ser jixxandar bħal dejjem fuq l-istazzjon TVM, illejla wara l-aħbarijiet tat-8.00pm. Il-programm tant segwit ta’ qabel il-Eurovision Song Contest qed jixxandar…

Continue reading

L-EWWEL ĦAMIS TA’ SAN ĠORĠ

Illum , nistgħu ngħidu li bdiet uffiċjalment il-preparazzjoni lejn il-festa tal-patrun tagħna San Ġorġ. Illum il-Ħamis 15 ta’ Mejju 2008 huwa l-ewwel Ħamis minn disgħa li ser iwassluna għall-festa l-kbira ta’ Lulju f’ġieh il-Patrun u l-Protettur ta’ l-Għawdxin San Ġorġ…

Continue reading

IRREKORDJATI L-INNIJIET TA’ SAN PAWL

Fuq inizzjattiva tal-Parroċċa ta’ San Pawl fil-Munxar u tal-kappillan il-Kan. Tonio Galea, il-bieraħ il-banda ċittadina u dekana ‘La Stella’ irrekordjat erba’ innijiet tal-patrun ta’ dan ir-raħal. Peress li din hija sena speċjali għall-Pawlini, ġie deċiż li għall-ewwel darba jiġu rrekordjati…

Continue reading

MARISA D’AMATO FIT-TEATRU ASTRA

Nhar is-Sibt li għadda, għal darb’oħra l-foyer tat-Teatru Astra kien ippakkjat bin-nies li attendew għal ‘Country Night’ organizzata mis-Soċjetà Filarmonika ‘La Stella’. Għal din il-‘country night’ kellna bħala mistiedna kantanta li isimha huwa sinonimu mal-mużika country, Marisa D’Amato. Din kienet…

Continue reading

ŻJARA MILL-AMBAXXATRIĊI AWSTRIJAKKA

Nhar l-Erbgħa 7 ta’ Mejju 2008, l-Ambaxxattriċi Awstrijakka f’Malta l-E.T. Dr Caroline Gudenus għamlet żjara uffiċjali fil-każin tal-banda ċittadina u dekana ‘La Stella’ u fit-Teatru Astra. Din kienet l-ewwel żjara tagħha fis-sede tas-Soċjetà tagħna. Dr Gudenus kienet akkumpanjata mis-Sur Joseph…

Continue reading

IL-PROGRAMM POPOLARI ‘XARABANK’ MIT-TEATRU ASTRA

GĦALL-EWWEL DARBA MILL-GŻIRA GĦAWDXIJA…IL-PROGRAMM TA’ QABEL IL-EUROVISION, MIT-TEATRU ASTRA! Huwa ta’ sodisfazzjon kbir għall-amministrazzjoni kollha tat-teatru Astra u tas-Soċjetà Filarmonika ‘La Stella’ li l-kumpanija televiżiva ‘Where’s Everybody’ għażlet it-teatru tagħna biex minnu xxandar il-programm ferm popolari ‘Xarabank’ ta’ nhar il-Ġimgħa…

Continue reading

L-OPRA ‘TURANDOT’ FIT-TEATRU ASTRA

Kif ħabbarna aktar kmieni fix-xahar ta’ Frar ta’ din is-sena, meta tħabbar il-programm uffiċjali tas-seba’ edizzjoni ta’ Festival Mediterranea, għal din is-sena l-opra magħżula hija l-opra ‘Turandot’ ta’ Giacomo Puccini. Din l-opra lirika diġa’ ttellgħet fit-teatru tagħna b’suċċess f’Ottubru tas-sena…

Continue reading

JINGĦATA BIDU GĦAL “GOZO 1234”

Wara s-suċċess kbir li kien intlaħaq fl-ewwel edizzjoni ta’ Notte Gozitana, din is-sena reġa’ ġie deċiż li din l-attività kulturali fil-gżira Għawdxija terġa’ tiġi organizzata. Proprju llum hija l-ewwel ġurnata minn erbgħa ta’ dan l-avveniment imsejjaħ “Gozo 1234” – erbat…

Continue reading