Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: July 2022

SERVIZZ IEĦOR TAL-BANDA ĠEWWA SAN LAWRENZ

Nhar il-Ħadd li ġej, il-Banda Ċittadina La Stella għandha servizz ieħor fil-festi tas-sajf. Din id-darba jmiss li nieħdu sehem fil-festa titulari tar-raħal ta’ San Lawrenz għall-festa f’ġieħ il-partrun tar-raħal San Lawrenz. Is-servizz jikkonsisti mid-daqq tal-innu l-kbir A San Lorenzo Martire fis-7.30 pm…

Continue reading

WIRJA DWAR L-ISTORJA TAL-FESTA TA’ SAN ĠORĠ

Nhar it-8 ta’Lulju infetħet wirja ġewwa t-Teatru Astra Cultural Hub dwar l-istorja tal-Festa ta’ San Ġorġ Martri fil-Belt Victoria. Il-wirja tikkonsisti f’numru ta’pannelli b’noti storiċi, diversi ritratti u kuntratti antiki. It-tema prinċipali hija dwar il-kuntratt tal-Prokuratur Mercieca mat-tlett negozjanti tal-bizzilla li kienu l-protagonisti…

Continue reading

SERVIZZ MILL-BANDA TAGĦNA ĠEWWA SANNAT

Is-servizzi tal-Banda Ċittadina La Stella jkomplu għada fis-Sannat għall-festa ta’ Santa Margerita, wara li kellna ġimgħa impenjattiva fil-festa ta’ San Ġorġ.  Għada filgħaxija il-banda tagħna se tagħmel marċ qasir minn Triq Sannat sal-pjazza ewlenija.  Imbagħad, wara li toħroġ il-purċissjoni il-banda se…

Continue reading

PRINCEPS MARTYRUM

Il-Jum tant mistenni tal-festa ta’ San Ġorġ wasal !  Nawguraw il-festa t-tajba lil Ġorġjani kollha u lil dawk li għażlu li jingħaqdu magħna f’dan il-jum ta’ ferħ.

ĦAREĠ IL-KTIEB TAL-FESTA 2022

Il-ktieb tal-festa ta’ San Ġorġ tal-2022 jista’ jinkiseb mill-Każin La Stella għal donazzjoni ta’ €3.  Il-ktieb fih ħafna materjal interessanti u informattiv dwar il-festa, l-istorja, San Ġorġ u l-kronaka tas-Soċjetà Filarmonika La Stella u għalhekk inħeġġukom biex takkwistaw kopja.  Il-ktieb…

Continue reading

WASLET IL-ĠIMGĦA TAL-FESTA

Waslet il- ġimgħa tant mistennija minna l-Ġorġjani, festa li fiha ngawdu aktar mill-qrib dak kollu li jsawwar il-komunità parrokkjali tagħna, b’mod speċjali il-festa kbira li nagħmlu fil-Belt Victoria f’ġieħ il-patrun u protettur ta’ Għawdex San Ġorġ Martri. It-triqat ta’ beltna…

Continue reading