Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: March 2008

NIFIRĦU LIL DUN FABIO ATTARD

Is-Soċjetà Filarmonika ‘La Stella’ tixtieq tingħaqad mal-komunità parrokkjali Ġorġjana biex tifraħ lis-saċerdot Dun Fabio Attard, mill-parroċċa tagħna għall-ħatra tiegħu bħala konsulent għall-pastorali taż-żgħażagħ tas-Sależjani. Din hija kariga fl-ogħla organu tal-Moviment Sależjan fid-dinja jew il-Kapitlu Ġenerali. Dun Fabio ser ikun is-suċċessur…

Continue reading

SPETTAKLU KBIR MINN ZOO U MORENA FIT-TEATRU ASTRA

Nhar is-Sibt li għadda, fit-teatru Astra ttella’ spettaklu ieħor mill-grupp teatrali ZOO bl-isem ta’ “Zoo goes neigbours”. Għal dan l-ispettaklu kellna wkoll bħala mistiedna lir-rebbieħa tal-GO Malta Song for Europe 2008, Morena – kantanta Għawdxija li għamlet l-ewwel dehra tagħha…

Continue reading

IL-MUSICAL ‘CINDY’ FIT-TEATRU ASTRA

Nhar is-Sibt li ġej, 29 ta’ Marzu 2008, fit-Teatru Astra tal-belt Victoria ser jittella’ l-musical ‘Cindy’. Dan il-musical huwa wieħed modern fuq kitba ta’ Mike Smith u Wilf Tudor. Dan il-musical mill-aktar divertenti ser jittella’ mill-istudenti ta’ l-iskola sekondarja Aguis…

Continue reading

IL-ĠIMGĦA MQADDSA FIL-BELT VICTORIA

Fil-ġranet li għaddew il-knisja kattolika ċċelebrat il-Passjoni u l-mewt ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, u l-qawmien tiegħu mill-mewt. Fil-belt Victoria, bħal numru kbir ta’ rħula u bliet Maltin u Għawdxin ġew iċċelebrati dawn il-festi, fejn saru kemm il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira kif…

Continue reading

IL-BANDA ‘LA STELLA’ FIL-ĠIMGĦA MQADDSA

Wara r-rekording tas-sett ġdid ta’ marċi funebri, imiss issa li dawn il-marċi jindaqqu fil-pubbliku waqt il-purċissjoni mill-aktar devota tal-Ġimgħa l-Kbira li ser toħroġ mill-bażilika ta’ San Ġorġ fil-belt Victoria. Din il-purċissjoni li zgur tmur lura qabel is-sena 1788 hija waħda…

Continue reading

MORENA FIT-TEATRU ASTRA NHAR IS-SIBT 22 TA’ MARZU

Flimkien mal-grupp komiku ZOO, nhar is-Sibt 22 ta’ Marzu, it-Teatru Astra ser jilqa’ lill-kantanta Għawdxija Morena, ir-rebbieħa tal-festival tal-kanzunetta Maltija għall-Ewropa ta’ din is-sena. Morena, friska mir-rebħ ta’ dan il-festival prestiġjuż għal pajjiżna, aċċettat l-istedina min-naħa tas-Soċjetà Filarmonika La Stella…

Continue reading

LEJN FESTIVAL MEDITERRANEA 2008

Is-Soċjetà Filarmonika “La Stella” ħarġet il-programm uffiċċjali tas-seba’ edizzjoni ta’ Festival Mediterranea. Din is-sena dan il-festival kulturali ferm prestiġjuż ser jiftaħ nhar it-Tnejn 20 t’Ottubru u jagħlaq il-Ġimgħa 31 t’Ottubru – festival li ser jiġbor fih numru ta’ site visits…

Continue reading