Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: November 2016

KUNĊERT ANNWALI MILL-BANDA LA STELLA

Il-bieraħ filgħaxija, il-Banda Ċittadina La Stella tellgħet programm mużikali fit-Teatru Astra, liema appuntament huwa meqjus  mill-aktar importanti fil-kalendarju annwali tagħha. Minkejja t-temp xejn sabiħ li kellna l-bieraħ, folla mdaqqsa attendiet għall-kunċert u l-apprezzament li wriet bl-applawsi fl-aħħar intwera li s-serata…

Continue reading

MITT SENA MILL-MEWT TAL-PERIT PIETRU ATTARD

Il-bieraħ filgħaxija waqt il-Kunċert Annwali tal-Banda Ċittadina La Stella tnieda l-ktejjeb Il-Perit Pietru Attard (1835-1916) miktub minn bandist tagħna, is-Sur Michael Said.  Il-ktejjeb ġie ppubblikat fl-okkażjoni tal-mitt sena mill-mewt tal-Perit Pietru Attard, il-fundatur tas-Soċjetà Filarmonika La Stella. Il-ktejjeb fih ġabra…

Continue reading

SUĊĊESS GĦALL-PROF. JOSEPH VELLA FI NEW YORK

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tifraħ lill-Professur Joseph Vella, surmast direttur tal-banda fi ħdana, għas-suċċess li kiseb ġewwa New York f’dawn l-aħħar jiem bil-kunċert f’ St Patrick’s Cathedral.  Quddiem udjenza ta’ aktar minn elfejn ruħ, in-New York Choral Society flimkien mal-orkestra,…

Continue reading

KUNĊERT ANNWALI MILL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA

Nhar is-Sibt 19 ta’ Novembru 2016 il-Banda Ċittadina La Stella se tkun qed ittella l-Kunċert Annwali bħala l-għeluq ta’ Festival Mediterranea 2016.  Il-Kunċert se jkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Joseph Vella.  F’dan il-kunċert se jindaqqu biċċiet mużikali varjati li jinkludi arranġament…

Continue reading

ĦATRA TA’ ARĊIPRIET ĠDID!

Tifraħ is-Soċjetà Filarmonika La Stella bl-aħbar tal-ħatra ta’ Mons. Joseph Curmi, bħala l-Arċipriet il-ġdid għall-Parroċċa ta’ San Ġorġ, tar-Rabat, Għawdex.   Kull tħabbira ta’ arċipretura ġdida tiftaħ beraħ kapitlu ġdid fl-istorja tal-parroċċa Ġorġjana, li l-ktieb tal-ġrajjiet tagħha huwa għani u mimli…

Continue reading

JUM L-IMWIET

Meta l-Knisja mqaddsa tiċċelebra t-tifkira tal-mejtin kollha, kull tieni jum ta’ Novembru ta’ kull sena, hija tistieden lill-fidili tagħha jiftakru fl-għeżież tagħhom li laħqu mietu qabilhom.  Ma huwiex dan il-jum, kiebi u iswed bħalma forsi hemm min jistħajlu u hekk…

Continue reading