Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: August 2007

STAĠUN IMPENJATTIV GĦALL-BANDA “LA STELLA”

Nhar is-sibt li għadda ġewwa Għajnsielem wasal fi tmiemu staġun ieħor ferm impenjattiv għall-banda “La Stella”. Hekk kif intemmu l-festi marbuta mal-ġimgħa mqaddsa, il-banda kienet mistiedna ttella’ tliet programmi mużikali fi tliet okkażjonijiet separati li kienu l-festa liturġika ta’ San…

Continue reading

IL-BANDA ‘LA STELLA’ F’GĦAJNSIELEM

Wasal fi tmiemu l-istaġun ferm impenjattiv tal-festi 2007, għall-banda “La Stella”, banda li bla dubju kienet waħda mill-iktar baned mistiedna fil-festi Għawdxin. Fil-fatt il-banda “La Stella” minbarra t-tmien servizzi li għamlet fil-festa ta’ San Ġorġ, u t-tliet Programmi Mużikali li…

Continue reading

L-AĦĦAR SERVIZZ FL-ISTAĠUN TAL-FESTI ’07

Illum il-banda “La Stella” tal-belt Victoria, tkun impenjata bl-aħħar servizz, fi staġun ferm impenjattiv tas-sajf 2007. Is-servizz tal-lejla jeħodna Għajnsielem, fejn ser tiġi ċċelebrata l-festa tal-Madonna ta’ Loreto. Il-banda tal-belt Victoria, ilha għal diversi snin tieħu sehem f’dak li huwa…

Continue reading

ADDING INSULT TO INJURY

by George Said (The Malta Independent: 21 August 2007) Reference is made to the communication by Leone Band Club of Victoria signed by Dr Michael Caruana and published in The Malta Independent on 20 August. This is not the first…

Continue reading

WARA JUM IL-BELT VICTORIA

Artiklu ieħor li deher fil-ħarġa t’Awissu, tar-rivista “ta’ l-iStilla”, kien dwar il-programm mużikali li ttella’ fl-okkażjoni ta’ Jum il-Belt Victoria, programm li fih ħadu sehem iż-żewġ baned ta’ beltna. Għall-benefiċċju tagħkom u ta’ dawk li għadhom qed jippruvaw jgħawġu l-fatti,…

Continue reading

FESTA TA’ POPLU

Kulħadd jaf li l-festa ta’ San Ġorġ mhux biss ma jonqosha xejn, iżda l-elementi li jiffurmawha tant huma ta’ kwalità għolja, li l-unika biża’ hu li s-suċċess milħuq ma jinżamx fis-snin li ġejjin. Dan mhux biża’ fittizju speċjalment meta wieħed…

Continue reading

M’HEMMX PARAGUNI!

Jibqgħu fuq fomm kulħadd, il-festi kbar li Għawdex iċċelebra f’ġieħ il-qaddis patrun u protettur tiegħu San Ġorġ Megalomartri. Kważi xahar wara li ntemmu l-festi, għadek tisma’ numru kbir ta’ Ġorġjani jitkellmu bejniethom dwar dawn il-jiem sbieħ fis-sena, jgħidu “X’festa kellna!”…

Continue reading

IPPUBBLIKATA R-RIVISTA “TA’ L-ISTILLA”

Għadha kif ġiet ippubblikata l-ħarġa t’Awissu, tar-rivista “Ta’ L-Istilla”, ir-rivista uffiċjali maħruġa mis-Soċjetà Filarmonika “La Stella”. Fil-ħarġa speċjali ta’ wara l-festa, insibu tmien paġni bil-kulur, b’ritratti u artikli dwar il-festa ta’ San Ġorġ. Fl-ewwel paġna jiddomina t-titlu “Festa ta’ Poplu”,…

Continue reading

IL-BANDA “LA STELLA” F’SAN LAWRENZ

Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Lawrenz, iċċelebrata fir-raħal li jġib isem il-patrun, il-banda ċittadina “La Stella” għamlet żewġ servizzi, lejlet u nhar il-festa. F’lejlet il-festa, il-banda tagħna għamlet marċ brijuż flimkien mal-banda “San Ġużepp” t’Għajnsielem madwar it-toroq ewlenin tar-raħal. Fl-aħħar imbagħad,…

Continue reading

ŻEWĠ IMPENJI OĦRA F’SAN LAWRENZ

Bejn illum u għada, il-banda ċittadina “La Stella” tal-belt Victoria, ser tkun impenjata f’żewġ servizzi separati fir-raħal ta’ San Lawrenz, raħal ieħor marbut ferm mas-Soċjetà Filarmonika “La Stella”. Il-banda “La Stella” ilha għal snin twal tieħu sehem f’din il-festa, u…

Continue reading

“MACBETH” FIT-TEATRU ASTRA

Kif ħabbarna, aktar kmieni fuq dan is-sit, it-Teatru Astra għal darba oħra ser jerġa’ jtella’ l-opra Verdjana “Macbeth” għaxar snin wara li kienet ittellgħet b’tant suċċess fl-istess teatru f’Mejju 1997. Iż-żewġ serati ta’ din l-opra, li ser isiru bħala parti…

Continue reading

IL-BANDA ĊITTADINA ‘LA STELLA’ FIL-QALA

Il-banda ċittadina “La Stella”, il-bieraħ kompliet bl-impenji tagħha fil-festi ġewwa l-gżira t’Għawdex. Fil-fatt il-bieraħ il-banda għal darb’oħra ġiet mistiedna ddoqq waqt il-marċ popolari ta’ lejlet il-festa ġewwa r-raħal tal-Qala, fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġużepp. Dan kien it-tmien servizz barra l-belt…

Continue reading

IL-MARĊ SKANDALUŻ TA’ STA MARIJA

Qegħdin nġibu nota-kjarifika mibgħuta mill-Kurja Veskovili in konnessjoni mal-marċ ta’ nhar Santa Marija filgħodu. 26 ta’Lulju 2007 Il-bieraħ Monsinjur Isqof Grech irċieva kopja ta’ ittra bid-data tal-20 ta’ Lulju 2007 ffirmata minn Dolindo Cassar, Segretarju tas-Soċjetà Filarmonika La Stella u…

Continue reading