Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: August 2011

L-AĦĦAR SERVIZZ FL-ISTAĠUN TAL-FESTI

Nhar is-Sibt 27 ta’ Awwissu, il-banda ċittadina La Stella għamlet l-aħħar servizz tagħha fl-istaġun tal-festi 2011, ġewwa Għajnsielem, lejlet il-festa tal-Madonna ta’ Loretu. Is-servizz kien jikkonsisti f’marċ qasir minn ħdejn il-knisja l-antika sal-pjazza ewlenija tar-raħal fejn aktar tard il-banda esegwiet…

Continue reading

PROGRAMM MUŻIKALI FIL-FESTA TAL-ASSUNTA

Nhar is-Sibt 20 ta’ Awwissu, il-banda ċittadina tellgħet programm mużikali fil-pjazza ewlenija tar-raħal taż-Żebbuġ, lejlet il-festa ta’ Santa Marija. Għall-banda La Stella dan kien il-ħdax-il servizz barra l-belt Victoria. Tajjeb li ninnotaw ukoll li fost dawn il-ħdax-il servizz, f’sitt okkażjonijiet…

Continue reading

L-ASTRA FOLK GROUP FIR-REP. ĊEKA

L-Astra Folk Group ġie mistieden biex bejn is-17 u t-22 t’ Awwissu 2011 jieħu sehem fis-57 edizjoni tal-Festival Folkloristiku Internazzjonali f’Červený Kostelec , fir-Repubblika Ċeka. Għall-Astra Folk Group, li ser ikun l-ewwel grupp Malti, li qatt ħa sehem f’dan il-Festival…

Continue reading

L-IKBAR ‘NORMA’ WARA CALLAS FIT-TEATRU ASTRA

It-Teatru Astra f’Għawdex irnexxielu jakkwista s-servizzi u l-ħiliet tas-sopran Griega Dimitra Theodossiou li din is-sena se tkanta l-parti ta’ Norma fl-opra tant diffiċli li ġġib l-istess isem u li se ssir f’żewġ serati bħala parti mill-ftuħ tal-edizzjoni ta’ din is-sena…

Continue reading

PROGRAMM MUŻIKALI IEĦOR FIL-QALA

Il-fatt li l-maġġoranza assoluta tas-servizzi li għandha l-banda La Stella matul l-istaġun tal-festi huma programmi mużikali, ifisser ħafna mhux ftit. Li torganizza dan it-tip ta’ servizzi inti huwa tajjeb ħafna, imma li tiġi mistieden kważi f’kull festa u f’kull raħal madwar…

Continue reading

L-IMPENJI TAS-SURMAST VELLA BARRA MINN MALTA

Fil-ġimgħat u fix-xhur li ġejjin, is-surmast direttur tas-Soċjeta’ tagħna, il-Professur Joseph Vella, ser ikun qed iżur għadd ta’ pajjiżi u bliet barranin bħala mistieden speċjali f’numru ta’ avvenimenti. F’dawn l-attivitajiet ser jiġu esegwiti għadd ta’ kompożizzjonijiet tiegħu wkoll. Fil-fatt bejn…

Continue reading

ŻEWĠ SERVIZZI OĦRA F’SAN LAWRENZ

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, il-banda La Stella kompliet għaddejja bl-impenji tagħha marbuta mal-istaġun tal-festi, b’żewġ servizzi lejlet u nhar il-festa f’San Lawrenz, biex hekk s’issa matul dan is-sajf il-banda għamlet xejn inqas minn disa’ servizzi f’seba’ festi differenti barra…

Continue reading