Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: February 2008

“ZOO GOES NEIGHBOURS” FIT-TEATRU ASTRA

Il-Kumpanija Zoo Media & Entertainment għal darb’oħra ġiet mistiedna mis-Soċjetà Filarmonika “La Stella” biex ittella’ spettaklu ieħor fit-Teatru Astra. L-ispettaklu li din id-darba ser iġib l-isem “Zoo Goes Neighbours” ser jittella’ nhar is-Sibt 22 ta’ Marzu fit-8.30pm. Din ser tkun…

Continue reading

INSELLMU LIL MONS. ANTON GRECH VELLA

Is-Soċjetà Filarmonika “La Stella” tixtieq tingħaqad mal-kumplament tal-komunità Ġorġjana biex tagħti l-aħħar tislima lil Mons. Anton Grech Vella li ħalliena l-bieraħ, fl-età ta’ 90 sena. Mons. Grech Vella miet fl-isptar ġenerali ta’ Għawdex imdawwar mill-qraba tiegħu u minn saċerdoti mill-parroċċa…

Continue reading

IRREKORDJAT IS-SETT ĠDID TA’ MARĊI FUNEBRI

Il-bieraħ, il-banda ċittadina u dekana tal-belt Victoria, irrekordjat is-sett ġdid ta’ marċi funebri li mistenni joħroġ għall-bejgħ fil-jiem li ġejjin. Is-sett ġdid ser jinkludi ħdax-il marċ funebri mill-pinna ta’ kompożituri varji. Fost dawn il-marċi, li ser inħabbruhom uffiċċjalment fil-jum li…

Continue reading

IL-HADD 24 TA’ FRAR IR-REKORDING TAL-MARĊI FUNEBRI

Nhar il-Ħadd li ġej, il-banda ċittadina “La Stella” ser tirrekordja s-sett ġdid ta’ marċi funebri li ser jindaqqu tul il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li toħroġ mill-bażilika ta’ San Ġorġ Martri, fil-belt Victoria. Fil-jumejn li ġejjin il-banda tagħna taħt id-direzzjoni tas-surmast direttur…

Continue reading

LAQGĦAT GĦALL-MEMBRI TAS-SOĊJETÀ ‘LA STELLA’

Fuq inizzjattiva tal-kumitat ċentrali tas-Soċjetà Filarmonika “La Stella” u tad-direttur spiritwali l-ġdid tas-Soċjetà, Mons. Ġużeppi Farrugia, tul dan iż-żmien tar-Randan ser isiru numru ta’ laqgħat ta’ formazzjoni għall-membri kollha li jaħdmu fi ħdan din is-Soċjetà mużikali ta’ beltna. Is-Soċjetà “La…

Continue reading

TIBDA L-PREPARAZZJONI GĦAR-REKORDING TAL-MARĊI FUNEBRI

Fi tmiem il-ġimgħa, il-banda ċittadina “La Stella” taħt id-direzzjoni tas-surmast direttur tagħha Mro Joseph Vella, mill-ġdid reġgħet bdiet bl-impenji tagħha din id-darba bi preparazzjoni għall-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa. Matul il-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa, il-banda tagħna ttella’ Kunċert ta’ Mużika Sagra fil-bażilika ta’…

Continue reading

SERATA MA’ MARISA D’AMATO

Nhar is-Sibt 9 ta’ Frar, fil-każin tagħna ser tiġi organizzata serata mill-isbaħ li fiha bħala mistiedna speċjali ser ikollna lill-kantanta Marisa D’Amato. Marisa D’Amato li hija meqjusa bħala waħda mill-aqwa kantanti tal-mużika country f’pajjiżna ser tkun qed tagħti spettaklu li…

Continue reading