Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: July 2014

SEHEM FIL-FESTA TA’ SANTA MARGERITA

Nhar il-Ħadd li ġej, il-Banda Ċittadina La Stella tkompli bis-servizzi tagħha fl-irħula fejn se tipparteċipa fil-festa ta’ Santa Margerita f’Sannat.  Is-servizz jikkonsisti f’marċ u programm fil-pjazza sewwasew quddiem il-knisja parrokkjali ta’ Sannat.  Għas-Soċjetà tagħna dan huwa impenn importanti ħafna anke…

Continue reading

IL-FESTA GĦADDIET …

Il-festa għaddiet u l-Għaqda tal-Armar kważi ġabret l-armar kollu mit-toroq u l-pjazez ta’Beltna.  Għal grazzja t’Alla kellna festa mill-aqwa fejn kollox spiċċa b’wiċċ il-ġid.  Kulħadd huwa sodisfatt b’dak kollu li sar kemm ġewwa fil-Bażilika Ġorġjana u kif ukoll fuq barra. …

Continue reading

SUĊĊESS MILL-GRUPP FOLKLORISTIKU ASTRA

Il-Grupp Folkloristiku Astra għadu kemm irritorna mill-Ġermanja fejn ħa sehem fil-ħamsin edizzjoni tal-Festival Folkloristiku Internazzjonali f’Bitburg, li ttella’ bejn il-11 u l-15 ta’ Lulju 2014, fejn kien l-ewwel grupp Għawdxi li qatt ħa sehem f’dan il-festival internazzjonali. Kien suċċess minn…

Continue reading

IL-FESTA T’TAJBA

Minn din il-paġna nixtiequ nifirħu lil dawk kollha li huma Ġorġjani u ‘l dawk kollha li ingħaqdu magħna f’dawn il-jiem biex jiċċelebraw b’mod eżemplari festa kompluta f’kollox. Naturalment il-qofol jintlaħaq illejla meta fis-7.00pm jsir il-ħruġ solenni tal-Purċissjoni bl-istatwa titulari fost…

Continue reading

ŻEWĠ MARĊIJIET RELIĠJUŻI ĠODDA GĦALL-FESTA

Din is-sena s-Soċjetà Filarmonika La Stella kompliet tkabbar ir-repertorju mużikali tagħha b’diversi marċijiet ġodda. Il-kollezzjoni l gdida ta’ marci li giet mndeja tinkludi ukoll żewġ innijiet ġodda miktubin it-tnejn minn żewġ bandisti tal-Banda La Stella, il-klarinettisti Mario Galea u George…

Continue reading

SAN ĠORĠ REBBIEĦ

Din is-sena qed niċċelebraw primat assolut: dak tal-istatwa titulari ta’ San Ġorġ, peress li għalqet 175 sena fostna u li filfatt kienet l-ewwel statwa titulari f’Għawdex.  Pero, l-istatwa ta’ San Ġorġ Rebbieħ, kapulavur ta’ Vincenzo Cremona, għandha primat ieħor peress…

Continue reading

FESTA TA’ POPLU …

Il-Festa ta’ San Ġorġ timmarka mument mill-aktar sinifikanti fil-ħajja tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, u ġġedded għal darba oħra stqarrija ta’ identità storika unika li torbot lis-Soċjetà u l-Banda Ċittadina La Stella mal-Patrun ta’ Għawdex San Ġorġ, il-Parroċċa tiegħu fil-qalba ta’…

Continue reading

AKTAR RITRATTI TAL-FESTA …

Il-festa hija kbira  imma tirrekjedi wkoll ħafna xogħol ! Bejn impenn u ieħor irnexxielna nagħmlu din l-update b’diversi ritratti sbieħ ta’ Joe Attard u ta’ Toni Farrugia.  Żommu ruħħkom aġġornati billi żżuru dan is-sit matul il-jiem tal-festa li ġejjin. (Ritratti:…

Continue reading

MESSAĠĠ TAL-PRESIDENT TAS-SOĊJETÀ GĦALL-FESTA 2014

Frażi li ta’ spiss tinstema’ fostna hija li “l-bżonn iġiegħlek tagħmel kollox.”  Hekk ġrali jien meta f’Marzu li għadda ntlabt nerġa nieħu f’idejja t-treġija tas-Soċjetà Filarmonika La Stella.  Kont diġa għaddejt medda ta’ erbgħin sena fl-amministrazzjoni tagħha. Matul dan l-ewwel…

Continue reading

L-AĦĦAR JUM TAT-TRIDU

Wara s-suċċess kbir tal-bieraħ illum għandna programm ieħor mimli daqs bajda.  Kulħadd għadu mistagħġeb bin-numri kbir ta’nies li f’dawn il-jiem ħonqu t-toroq tal-Belt Victoria.  U dan kollu sar mhux f’jum jew lejlet il-festa imma matul il-jiem kollha tal-ġimgħa kif jixdu…

Continue reading

ILLEJLA FI PJAZZA SAVINA

Wara s-suċċess kbir tal-bieraħ nistennew bil-ħerqa t-tieni jum tat-Tridu  u d-dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Ġorġ Martri, Patrun ta’ Għawdex. Hekk kif tispiċċa d-dimostrazzjoni fi Pjazza Savina nassistu għal feature awdjo-viżiv stupend mħejji għal din l-okkażjoni.  Persważi li wara l-folla tal-bieraħ…

Continue reading

MINN HAWN U FTIT IEĦOR …

Il-programm tal-lum huwa dan li ġej. Ġewwa l-Bażilika 6.30pm: Kant solenni ta’ l-Għasar mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata flimkien mal-ġemgħa liturġika, ippresedut mill-E.T. Mons. Emanuel Barbara ofmcap, Isqof ta’ Malindi u Amministratur Appostoliku ta’ Mombasa fil-Kenja. Priedka minn Dun Simon Mario Cachia. Wara,…

Continue reading

IL-FESTA S’ISSA …

Dawn ir-ritratti ta’ Joe Attard juru waħedhom s-suċċess tal-attivitajiet li kellna s’issa.  Nhar il-Ħadd li għadda il-ħruġ tal-istatwa kien tassew suċċess fejn in-numru ta’ nies li kien hemm fil-pjazza u fil-Bażilika kien wieħed kbir.  F’il-Bażilika litteralment ma kienx hemm fejn…

Continue reading

JUM IL-WASLA TAR-RELIKWA INSINJI

Fl-aħħar wasal il-jum tant mistenni tal-miġja tar-relikwa!   Fis-7pm l-Isqof Djoċesan, flimkien mal-Kapitlu u l-kleru Ġorġjan, jilqa’ r-Relikwa Insinji tad-Driegħ ta’ San Ġorġ fi Triq ir-Repubblika, fil-miġja tagħha mill-Abbazija Benedittina ta’ San Giorgio Maggiore, fil-belt ta’ Venezja, l-Italja. Fis-7.15pm issir…

Continue reading

IL-GRUPP FOLKLORISTIKU ASTRA BARRA MINN MALTA

Il-Grupp Folkloristiku Astra bħalissa qed jieħu sehem f’festival internazzjonali il-Ġermanja, eżattament f’Bitburg. Il-Grupp Folkloristiku Astra ser ikun qed jirrappreżenta lil Għawdex u Malta fil-ħamsin edizzjoni ta’ dan il-festival internazzjonali fil-Ġermanja (European Folklore Festival Bitburg 2014) bħala grupp mill-Mediterran. Fil-fatt ser…

Continue reading

AKTAR ATTIVITAJIET TAL-FESTA

KUNĊERT KORALI U ORKESTRALI Illum it-Tnejn se jkollna kunċert korali u Orkestrali bis-sehem tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, il-Kor Laudate Pueri, il-vjolinċellista Simon Veis mir-Repubblika Ċeka, taħt id-direzzjoni tal-Prof. Joseph Vella.  Il-kunċert jibda fit-8pm. TIĠRIJIET TRADIZZJONALI TAŻ-ŻWIEMEL TAĦT ID-DAWL ARTIFIĊJALI Intant fis-7.30pm,…

Continue reading

ĦRUĠ TAL-ISTATWA MIN NIĊĊA

Illum fl-10.15am se jsir marċ mill-Banda Ċittadina La Stella mill-Każin fi Triq ir-Repubblika sa Pjazza San Ġorġ. Fl-10.45am imbagħad ikollna l-ħruġ tradizzjonali tal-istatwa ta’ San Ġorġ minn niċċa.  Dritt wara se tinżamm fil-Bażilika, Ċelebrazzjoni ta’ Xhieda Kristjana miż-żgħażagħ Ġorġjani organizzata…

Continue reading

ĊELEBRAZZJONIET SPEĊJALI F’GĦAWDEX

Fil-ġranet li ġejjin, il-Belt Victoria u l-Gżira tat-Tlett Għoljiet ser tkun qed tipprepara biex tgħix mumenti ta’ festi speċjali b’rabta mal-festa ta’ San Ġorġ li ta’ kull sena ssir fil-ġimgħa li twassal għat-tielet Ħadd ta’ Lulju.  L-okkażjoni partikolari ta’ din…

Continue reading

IR-RELIKWA TAD-DRIEGĦ TA’ SAN ĠORĠ

Fl-okkażjoni tal-175 anniversarju ta’ l-istatwa ta’ San Ġorġ, l-ewwel statwa titulari ta’ Għawdex, imnaqqxa fl-injam minn Pietru Pawl Azzopardi fl-1839, il-komunità parrokkjali Ġorġjana tal-Belt Victoria sa tkun qed tilqa’, għall-ewwel darba fil-gżejjer Maltin, ir-Relikwa Insinji tad-Driegħ ta’ San Ġorġ, li…

Continue reading

IL-FESTI ESTERNI JIBDEW NHAR IL-ĠIMGĦA

Il-festi esterni jibdew nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Lulju bl-Ikla ta’ San Ġorġ ġewwa Pjazza San Ġorġ fit-8.30pm.  Inħeġġukom tieħdu sehem u b’hekk minbarra li tkunu qed tiddervertu f’atmosfera mill-isbaħ tkunu qed tgħinu lill-Festa ta’ San Ġorġ.  Biex wieħed jibbukkja jista’…

Continue reading

CD BIL-MARĊI BRIJUŻI 2014

Il-Banda Ċittadina La Stella għadha kif ħarġet għall-bejgħ sett ta’ marċi brijużi għall-festa ta’ din is-sena. Is-sett jinkludi marċ tal-Prof. Joseph Vella, s-Surmast Direttur tal-Banda, ta’ Vincenzo Ciappara, u tal-bandisti Mario Galea, George Borg u George Camilleri, fost oħrajn. Ic-CD…

Continue reading

ĦAREĠ IL-PROGRAMM TAL-FESTA

Kif kien mistenni ħareġ il-programm tal-festi speċjali f’ġieħ San Ġorġ Martri mill-Uffiċċju Parrokkjali biex wieħed ikun jista’ jsegwi minn kmieni l-festi u ċ-ċelebrazzjonijiet kollha li hemm imħejjija.  Il-programm jista’ jiġi downloaded minn din il-link. It-toroq ta’ Beltna issa bdew jilbsu…

Continue reading