Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: February 2017

SEHEM TAL-ISTILLA FIL-KARNIVAL TA’ GĦAWDEX

Din is-sena, is-Soċjetà Filarmonika La Stella ħadet sehem fil-Karnival t’Għawdex permezz ta’ danza taż-żgħar, kumpanija taż-żfin tal-kbar u karru tal-karnival jirrapreżenta r-Re tal-Karnival. Id-danza tat-tfal daħlu għaliha l-membri tal-Kor tat-Teatru Astra, il-Piccole Stelle, li kienu taħt id-direzzjoni ta’ Mariella Spiteri…

Continue reading

IMĦABBRA T-TIELET RAPPREŻENTAZZJONI TA’ EVITA

It-Teatru Astra għadu kemm ħabbar it-tielet rappreżentazzjoni tal-musical Evita ppjanata għat-2 ta’ April 2017 fit-3.30pm. Dan wara li ġie reġistrat interess inkoraġġanti  f’ dan il-musical  ċelebri ta’  Andrew Lloyd Webber. It-tielet show tat-2 t’April, flimkien ma dawk ġa skedati fil-25…

Continue reading

ĦIDMA MA’ TAQTA QATT

Dalgħodu l-Banda Ċittadina La Stella irrekordjat sett ġdid ta’ marċi brijużi għas-sajf li ġej.  Dan il-sett se jindaqq għall-ewwel darba nhar l-Erbgħa tal-ġimgħa tal-festa waqt id-dimostrazzjoni ta’ San Ġorġ fuq iż-żiemel.  Għal darba oħra s-sett jinkludi varjazzjoni sabiħa ta’ kompożituri…

Continue reading

KUMITAT ĠENERALI ĠDID

Nhar is-Sibt 28 ta’ Jannar 2017, saret il-laqgħa ġenerali annwali fejn sar rapport dettaljat tas-Segretarju Amministrattiv is-Sur Michael Formosa, ingħata rendikont finanzjarju mis-Sur Joseph Tabone, Kontrollur Finanzjarju tas-Soċjetà, u inqara r-rapport tal-awdituri mir-rappreżentant tal-PKF Malta (Kumpanija internazzjonali tal-Awdituri).  Fl-aħħar tal-laqgħa…

Continue reading