Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: December 2012

MESSAĠĠ MILL-PRESIDENT TAS-SOĊJETA

Diċembru, ta ’ kull sena jimmarka sena oħra ta’ ħidma għas-Soċjeta` Filarmonika La Stella, ħidma li hi riflessa fl-impenn tas-sezzjonijiet kollha tagħha; fuq quddiem u primarjament il-Banda La Stella, l-Kumitat Ġenerali tas-Soċjetà, l-isforzi kontinwi tas-sotto-kumitati tal-Armar, dak tan-Nar u tat-Tiġrijiet…

Continue reading

ISIR IL-FUNERAL TA’ ĠUŻEPPI FARRUGIA

Il-bieraħ kien jum ta’ luttu għas-Soċjetà Filarmonika La Stella  u l-bandiera tagħha ittellet mezzasta b’rispett lejn il-membru ħabrieki tagħha Ġużeppi Farrugia, li ħalla din id-dinja t-Tlieta 18 ta’ Diċembru 2012 fl-eta ta’ 70 sena. Huwa doveruż li kull membru tas-Soċjetà…

Continue reading

L-ISTRINA 2012

Bħalma ġara matul l-aħħar snin din is-sena se ssir ukoll edizzjoni oħra tal-Istrina, eżattament l-għada tal-Milied, 26 ta’ Diċembru 2012.   L-Istrina, li ssir b’risq il-Community Chest Fund tirċievi donazzjonijiet mingħand il-poplu, minn organizzazzjonijiet kummerċjali kif ukoll NGOs.     Is-Soċjetà Filarmonika La…

Continue reading

IL-MILIED IT-TAJJEB !

F’dawn il-jiem ta’ festa s-Soċjetà Filarmonika La Stella tixtieq twassal l-isbaħ xewqat lill-membri kollha tagħha fid-diversi oqsma, lill-partitarji, kollaboraturi u lilkom ilkoll. Nixtiequ nieħdu din l-okkażjoni biex infakkrukom fl-appuntamenti f’dawn il-jiem fil-Bażilika ta’ San Ġorġ. Il-lejla fl-4.30pm isir il-Kant Solenni tal-Ewwel…

Continue reading

EGĦLUQ IS-SENA IMPENJATTIV

Il-bieraħ filgħaxija ġie fi tmiemu staġun mimli impenji kemm għat-Teatru Astra kif ukoll għall-Banda La Stella. Fil-fatt, Miliedfest 2012 taħt id-direzzjoni ta’ Antonella Zammit li sar il-bieraħ fit-teatru kien l-aħħar appuntament f’sena impenjattiva, speċjalment fl-aħħar xhur tas-sena fejn minbarra ż-żewġ…

Continue reading

IĦALLINA S-SUR ĠUŻEPPI FARRUGIA‏

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tinsab f’ luttu u b’dispjaċir tħabbar li s-Sur Ġużeppi Farrugia, membru tal-Kumitat tal-istess Soċjetà ħalla din d-dinja biex imur jiltaqa m’Alla fil-ħajja eterna.  Ix-xbieha ta’ Ġużeppi tibqa f’moħħna quddiem il-Banda La Stella fis-servizzi matul s-sena.  Is-sehem ta’ Ġużeppi…

Continue reading

IS-SOĊJETA LA STELLA TIFRAĦ LIL DR MARIA FRENDO

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella ssellem u tifraħ lil Dr Maria Frendo fl-okkażjoni ta’ għoti tal-Ordni Nazzjonali tal-Mertu mill-President ta’ Malta Dr George Abela f’Jum ir-Repubblika, il-Hamis 13 ta’ Dicembru 2012.  Dan il-ġest ma huwiex biss rikonoxximent dovut, fuq livell nazzjonali, għall-ħidma professjonali…

Continue reading

TĦASSRU L-FESTI ESTERNI TAL-KUNĊIZZJONI

Kmieni wara nofsinhar ġie deċiż li jitħassru l-festi esterni tal-Immakulata Kunċizzjoni minħabba l-maltemp li ppersista matul il-jum kollu.  Għalhekk is-servizzi li l-Banda tagħna kellha ppjanati għal-lum mhux se jsiru.  Jekk Alla jrid nerġgħu nagħmlu l-istess appuntamenti għas-sena d-dieħla. Intant fit-Teatru…

Continue reading

STILLA FI STILLA !

Wara li l-bieraħ il-Banda Ċittadina La Stella mexxiet il-marċ tradizzjonali ta’ lejliet il-festa, illum l-istess banda kellha takkumpanja l-purċissjoni solenni bl-istatwa artistika tal-Immakulata, pero’ minħabba l-maltemp il-purċissjoni ġiet posposta għal għada. Jekk għada t-temp jippermetti kollox isir fil-ħin li kien…

Continue reading

WASLET L-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI !

Iva, waslet tassew il-festa tant għażiża tal-Immakulata Kunċizzjoni, liema festa hija importanti ferm fil-kalendarju tagħna r-Rabtin b’mod partikulari għal dawk fl-inħawi tal-Knisja ta’ San Franġisk.  Pero’ l-festa tal-Immakulta hija wkoll maħbuba ferm minna l-parruċċani ta’ San Ġorġ u l-partitarji tas-Soċjetà Filarmonika…

Continue reading