Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: September 2007

ILLUM TINGĦATA L-AĦĦAR TISLIMA LIL DUN SALV

Illum, il-Ħadd l-aħħar jum ta’ Settembru, ser tingħata l-aħħar tislima lis-saċerdot wisq maħbub Mons. Salv Borg, Arċipriet Emeritu tal-Bażilika ta’ San Ġorġ, u Kappillan tal-Banda “La Stella”. Fis-2.30pm kulħadd huwa mistieden biex isellem lil Dun Salv fil-knisja tas-Sorijiet Franġiskani tal-Belt…

Continue reading

DUN SALV ĦALLIENA!

Illum il-Ħamis 27 ta’ Settembru 2007, Mons. Salv Borg, arċipriet emeritu tal-Bażilika ta’ San Ġorġ, ħalla din id-dinja, wara marda qalila. Huwa ħalliena għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin kwart ta’ wara nofsinhar fl-isptar San Luqa, fejn hemm kien imdawwar bil-familjari kollha tiegħu.…

Continue reading

L-EWWEL BANDA GĦAWDXIJA F’ART BARRANIJA

Fost il-ħafna ġrajjiet glorjużi tagħha, il-Banda Ċittadina La Stella tfakkar il-ġrajja memorabbli meta 60 sena ilu, kienet l-ewwel Banda Għawdxija u l-ewwel waħda mill-Baned ta’ Malta u Għawdex, li wara li ntemmet il-gwerra, ħalliet ix-xtut Maltin u marret fi Sqallija,…

Continue reading

JUM ID-DEDIKAZZJONI TAL-BAŻILIKA URBANA

Il-bieraħ 21 ta’ Settembru, il-kommunita’ parrokkjali Ġorġjana ċċelebrat il-252 anniversarju tad-dedikazzjoni tal-bażilika ta’ San Ġorġ Martri f’beltna. Lejlet is-solennita’, eżattament fil-ħin ta’ nofsinhar il-qniepen tal-Arċi Matriċi ta’ gżiritna daqqew mota ferrieħa biex jitfakkar dan l-anniversarju. Iċ-ċelebrazzjonijet liturgici bdew filgħaxija bl-Ewwel…

Continue reading

AKTAR DWAR MONS. PAWLU CARDONA

Dun Pawl Cardona twieled f’Ta’ Sannat, Għawdex, fit-22 ta’ Jannar 1953, minn Luigi Cardona u Rosina Sciberras, l-ewwel fost ħames aħwa. Huwa studja fl-iskola primarja Ta’ Sannat, u fl-iskola sekondarja tal-belt Victoria, u wara fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù, fejn beda…

Continue reading

STQARRIJA MIS-SOĊ. FILAR. LA STELLA

Is-Soċjetà Filarmonika “La Stella”, filwaqt li turi l-apprezzament tagħha lil Mons. Farrugia għax-xogħol li wettaq b’impenn sħiħ matul il-parrokat tiegħu u tawguralu aktar snin ta’ ħidma fil-Presbiterju Parrokkjali, tilqa’ b’ferħ lil Mons. Paul Cardona bħala Ragħaj tal-parroċċa u tawguralu għal…

Continue reading

MONS. PAUL CARDONA ARĊIPRIET ĠDID

L-ET Mons. Isqof Mario Grech, isqof ta’ Għawdex għadu kif innomina lil Mons. Paul Cardona, minn Ta’ Sannat bħala l-Arċipriet il-ġdid tal-bażilika Ġorġjana f’beltna. Mons. Cardona ser jieħu post Mons. Ġużeppi Farrugia li mexxa l-parroċċa tagħna għal dawn l-aħħar disa’…

Continue reading

TIBDA L-PREPARAZZJONI GĦALL-PROGRAMM ANNWALI

Wara staġun ferm impenjattiv għall-banda tagħna, nhar il-Ħadd li għadda l-banda bdiet bil-kunċerti bi preparazzjoni għall-Programm Mużikali Annwali li ser isir f’Novembru ġewwa t-Teatru Astra. Dan l-avveniment annwali huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar impenji prestiġjużi li għandha l-banda tagħna. Programm…

Continue reading

IS-SOĊ. LA STELLA TIFRAĦ LIL MONS A. XUEREB

Is-Soċjetà Filarmonika “La Stella” tixtieq tingħaqad mal-kumplament tal-poplu Malti, iżda b’mod speċjali mal-Ġorġjani kollha, biex tifraħ lil kanoniku onorarju tal-kolleggjata Gorgjana, Monsinjur Alfred Xuereb għall-kariga ġdida tiegħu bħala Assistent Personali tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI. Hu ser jieħu post Monsinjur…

Continue reading

TKOMPLI L-ĦIDMA MA’ L-ALLIEVI TAGĦNA

L-iskola tal-mużika fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika La Stella kompliet aktar ma jmur tikber u tissaħħaħ u wara sena oħra ta’ ħidma kontinwa nistgħu ngħidu li ninsabu ferm sodisfatti bl-andament tat-tagħlim tal-mużika fil-Każin tagħna. Għandna numru tajjeb ħafna ta’ allievi li…

Continue reading

TELLING HALF TRUTHS IS DECEIT

By George Said Even though he had the cheek to state half truths, Mr. Joe Apap in his reply on “The Malta Independent” Monday 27 August confirmed that St. Mary’s external festivities particularly the two band marches held in the…

Continue reading

NITOLBU LKOLL GĦALL-FEJQAN TA’ MONS. SALV BORG

Ftit tal-jiem ilu, aħbar li dehret fuq is-sit uffiċċjali tal-bażilika ta’ San Ġorġ, ħasditna lkoll. Monsinjur Salv Borg, arċipriet emeritus tal-parroċċa ta’ San Ġorġ u direttur spiritwali tas-Soċjetà Filarmonika “La Stella”, iddaħħal l-isptar San Luqa għal testijiet li jistgħu jirriżultaw…

Continue reading