Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: October 2013

“EVVIVA OTELLO!”

“Evviva Otello! Evviva! Evviva! Evviva!” jgħajjtu ċ-Ċiprijoti  hekk kif Otello jinżel minn fuq ix-xini tiegħu fl-ewwel att. It-Teatru Astra għandu tassew għax ikanta “evviva” wara s-suċċess tal-Ħamis li għadda u dak tal-bieraħ filgħaxija.  L-opra kienet suċċess minn kull aspett tekniku…

Continue reading

SUĊĊESS KBIR FL-EWWEL RAPPREŻENTAZZJONI TA’ OTELLO

It-Teatru Astra l-bieraħ filgħaxija rreġistra suċċess ieħor bil-produzzjoni operistika ta’ Giuseppe Verdi Otello.  F’teatru ppakkjat bin-nies, wara li aktar kmieni matul il-jum ġie mħabbar li s-serata kienet Fully-Booked, in-nies preżenti setgħu jitpaxxew b’eżekuzzjoni mill-aqwa f’dak kollu li għandu x’jaqsam mal-opra.…

Continue reading

IMĦABBRA L-OPRA LI JMISS – NABUCCO TA’ VERDI

L-Opra fit-Teatru Astra fl-2014 se tkun Nabucco ta’ Giuseppe Verdi.  Nabucco hija ċertament waħda mill-aqwa opri ta’ Verdi u għal darba oħra se tkun taħt id-direzzjoni mużikali tal-Prof. Joseph Vella u dik artistika ta’ Enrico Stinchelli.  Aktar dettalji ‘l quddiem.

SEHEM IS-SOPRAN MIRIAM CAUCHI FL-OPRA OTELLO

It-Teatru Astra għandu l-pjaċir iħabbar li fl-opra Otello, li se tittella’ f’Għawdex fl-24 u s-26 ta’ Ottubru 2013, se tieħu sehem is-sopran Maltija Miriam Cauchi.  Din se tkun is-seba’ darba li Cauchi qed tkanta fit-Teatru Astra.  Fl-aħħar snin hi interpretat…

Continue reading

OTELLO FIT-TEATRU ASTRA – SKEMA GĦALL-ISTUDENTI

Shakespeare kiteb id-dramm traġiku Othello fl-1603 u dan hu meqjus wieħed mill-aħjar xogħlijiet tiegħu f’dan il-ġeneru ta’ letteratura.  Għalkemm id-dramm imur lura aktar minn ħames sekli, it-temi prinċipali għadhom validi sal-lum.  L-imħabba u l-firda, il-fiduċja u t-tradiment, il-ħajja u l-mewt……

Continue reading

SPECTACULAR TREAT – THE SUNDAY TIMES

Fil-ġurnal popolari ta’ The Sunday Times ġiet ippubblikata intervista li Dr Maria Frendo għamlet lid-direttur artistiku tal-opra fit-Teatru Astra, Enrico Stinchelli. Spectacular Treat Enrico Stinchelli and I agree on one thing, amongst others, namely, that opera is not for the…

Continue reading

SAN ĠORĠ U L-ĠNUS MAGĦQUDA

Il-figura ta’ San Ġorġ u d-dragun minn dejjem kienet meqjusa bħala s-simbolu tat-trijonf tat-tajjeb fuq il-ħażin, tad-dawl fuq id-dlam, tal-grazzja fuq id-dnub.  Ma humiex ftit il-ġnus u l-popli li lil San Ġorġ ħabbewh u ħatruh sabiex ikun il-patrun smewwi tagħhom,…

Continue reading

SUĊĊESS FIL-LEJLA MALTIJA

Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Settembru saret l-ikla tradizzjonali Maltija jew kif ħafna jafuha l-ikla ta’ San Mikiel, b’risq il-festi esterni ta’ San Ġorġ Martri 2014.  Għal din l-attività attendew bosta partitarji u parruċani f’atmosfera mill-isbaħ hekk kif is-sajf issa ġie…

Continue reading