Join Us On:

News Archive

Monthly Archives: June 2015

SAN PIETRU W SAN PAWL FIN-NADUR

Is-servizz li jmiss tal-Banda Ċittadina La Stella se jeħodna fir-raħal tan-Nadur fejn tiġi iċċelebrata l-festa għad unur San Pietru w San Pawl.  Il-Banda tagħna tieħu sehem flimkien mal-Banda Mnarja tan-Nadur fil-marċ popolari ta’ lejlet il-festa.  Din is-sena dan il-marċ se…

Continue reading

SERVIZZ FIX-XEWKIJA

Nhar il-Ġimgħa li għaddiet il-Banda Ċittadina La Stella ħadet sehem fid-dimostrazzjoni popolari ta’ San Ġwann Battista ġewwa x-Xewkija.  Waqt id-dimostrazzjoni il-Banda tagħna akkumpanjat  l-vara sakemm din waslet fil-pjazza ewlenija.  Il-Banda tagħna daqqet diversi marċijiet brijużi mir-repertorju mużikali tagħha. Waqt id-dimostrazzjoni…

Continue reading

XOGĦOL VOLONTARJU FL-AFRIKA MINN ŻAGĦŻAGĦ TAGĦNA

Ħames żagħżagħ mill-Parroċċa tagħna lejn l-aħħar ta’ dan is-sajf se jmorru jagħmlu xogħol volontarju fl-Ethiopia fi ħdan il-Moviment Ġesu fil-Proxxmu.   Bħala fund-raising activities, biex jintlaħaq dan l-għan, ġa saret attività fiċ-Ċentru Parrokkjali  nhar il-Ħadd li għadda u hemm oħrajn ġejjin. …

Continue reading

SERVIZZ FIL-FESTA TAL-QALB TA’ GESU

Il-bieraħ filgħaxija, kif ukoll il-ġurnata ta’ qabel, il-Banda Ċittadina La Stella tat is-sehem tagħha fil-festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu, ġewwa l-Fontana. Is-Sibt is-servizz beda fid-9.30pm b’marċ li mexa matul it-triqat prinċipali tar-raħal żgħir tal-Fontana.  Fil-11.30 pm imbagħad indaqq l-Innu l-Kbir…

Continue reading

ĠBIR TA’ DONAZZJONIJIET GĦALL-FESTA TA’ SAN ĠORĠ

 Dawn il-ġranet, bħal fl-imgħoddi, is-Soċjetà Filarmonika La Stella, li hija uffiċjalment responsabbli mill-organizzazzjoni tal-festi esterni tal-Patrun tagħna u ta’ Għawdex San Ġorġ, bdiet il-ħidma tagħha permezz ta’ diversi membri fil-kumitati  tagħha  biex jinġabru l-kontribuzzjonijiet tal-partitarji sabiex ikollna festi esterni dinjitużi.…

Continue reading

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Stqarrija mis-Soċjetà Filarmonika La Stella b’ rabta mal-festa ta’ San Ġorġ Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tagħmel riferenza għax-xogħoljiet ta’ pavimentar li qed isiru fi Pjazza Indipendenza, li għadom fi stat bikri, u fid-dawl tal-aħħar żviluppi tixtieq li issa, b’ mod…

Continue reading

ĦAREĠ IC-CD TAL-BRIJUŻI TAL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA

Dawk id-dilettanti tal-marċijiet tal-Banda issa jistgħu jakkwistaw l-aħħar sett ta’ marċi brijuzi tal-Banda Cittadina La Stella.  Il-marċi jinkludi kompożizzjonijiet tal-Prof. Joseph Vella, ta’ Giuseppe Giardini Vella u marċi miktua minn bandisti tagħna stess bħal Mario Galea, George Camilleri u George…

Continue reading

SERVIZZ FIL-FESTA TAS-SALVATUR

Nhar il-Ħadd li għadda l-Banda Ċittadina La Stella ħadet sehem fil-festa tal-Għasri.  Is-servizz kien jikkonsisti f’marċ qasir sal-pjazza fejn imbagħad assistit għall-ħruġ fil-bieb tal-istatwa ta’ Kristu Salvatur. Il-banda tagħna akkumpanjat il-purċissjoni madwar it-toroq ta’ dan ir-raħal ċkejken sakemm l-istatwa reġgħet…

Continue reading

NHAR L-ERBGĦA JIBDA L-VIAF

Nhar il-Erbgħa li ġej, 10 ta’ Ġunju se jingħata bidu għall-Victoria International Arts Festival (VIAF) li issa wasal fit-18 -il edizzjoni tiegħu.  Fil-kunċert inawgurali se tieħu sehem l-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta taħt id-direzzjoni tal-Prof. Joseph Vella, surmast direttur tal-Banda Ċittadina…

Continue reading

ROCKASTRA 2015 – SUĊĊESS MEMORABBLI

Nhar il-Ġimgħa filgħaxija l-Belt Victoria assistiet għal dak li ħafna stqarru kien wieħed mill-aqwa kunċerti li qatt saru mill-Banda Ċittadina La Stella.  Xhieda ta’ dan kienet il-folla ta’nies li litteralment ippakkjat kull kantuniera ġo Triq ir-Repubblika kif juru sew ir-ritratti.…

Continue reading

KOLLOX LEST GĦAL ROCKASTRA 2015

Kollox jinsab lest, hekk kif ninsabu biss ġurnata il-bogħod mit-tielet edizzjoni tal-kunċert RockAstra. Kif ħabbarnilkom xi ftit tal-jiem ilu l-kunċert hu skedat għal-għada il-Ġimgħa 5 ta Ġunju lejlet festa nazzjonali u għat-tieni sena konsekuttiva ħa jsir fi Triq ir-Repubblika. Wara…

Continue reading