Join Us On:

News Archive

Yearly Archives: 2013

BIĊĊA XOGĦOL ĠDIDA TAS-SURMAST PROF. JOSEPH VELLA

Dan l-aħħar is-Surmast Direttur tal-Banda Ċittadina La Stella, l-Prof. Joseph Vella, ġie kkumissjonat jikteb quddiesa minn Mro Carmel Grech.  Il-quddiesa, ntitolata Missa Romani Pontefici Benedicti XVI ġiet kompluta f’April li għadda.  Il-quddiesa tinkludi fiha kantanti solisti, kor kif ukoll l-orkestra. …

Continue reading

AWGURI U STEDINA

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tixtieq twassallek l-isbaħ xewqat f’Jum il-Milied u s-Sena l-Ġdida. Il-kumitat tas-Soċjetà jixtieq jistiednek ukoll għall-Istrina 2013 – l-Għada tal-Milied, fit-Teatru Astra, mit-3pm ‘l quddiem fejn se jkun hemm spettaklu mill-aqwa fost ħafna attivitajiet oħra u bis-sehem…

Continue reading

L-ISTRINA – L-GĦADA TAL-MILIED FIT-TEATRU ASTRA

Din is-sena l-ispettaklu l-Istrina – l-għada tal-Milied f’Għawdex se jsir fit-Teatru Astra. Il-Kumitat tas-Socjeta Filarmonika La Stella, l-Malta Commjnit Chest Fund u l-Uffiċċju tal-President ta’ Malta  ilu jaħdem fuq l-organizzazzjoni tax-show li se jinkludi s-sehem speċjali tal-kantanta popolari Ira Losco…

Continue reading

PRESEPJI FI ŻMIEN IL-MILIED U N-NOVENA

Fost l-attrazzjonijiet prinċipali f’dan iż-żmien tas-sena nsibu il-presepji fid-djar tagħna kif ukoll f’bosta postijiet pubbliċi.  Din is-sena s-Soċjetà Filarmonika La Stella hija involuta fil-kostruzzjoni ta’ żewġ presepji sbieħ.  Wieħed minnhom jinsab fis-sala t’isfel ta’ “Dar Leħen il-Belt Victoria” ġo Pjazza…

Continue reading

ĊIRKOLARI LILL-PARTITARJI TAL-ISTILLA U L-ĠORĠJANI

Għeżież Partitarji Tal-Istilla u Ġorġjani, Kalendarju ghall-2014 Hekk kif qed noqorbu lejn it-tmiem ta’ sena oħra, is-Soċjetà Filarmonika La Stella għadha kemm ippubblikat il-kalendarju tagħha għas-sena 2014, b’ġabra sabiħa ta’ ritratti bil-kulur ta’ wħud mill-ġrajjiet l-aktar sinifikattivi u importanti għaliha…

Continue reading

SERVIZZ FIL-FESTA TAL-KUNĊIZZJONI

It-temp sabiħ li kellna fi tmiem il-ġimgħa ppermetta li l-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni tirnexxi f’kollox, kemm f’dak kollu li sar fil-festi esterni kif ukoll f’dawk interni.  Din is-sena ġie wkoll imfakkar it-350 sena mill-erezzjoni tal-Fratellanza tal-Kunċizzjoni, liema festi bdew fl-24 ta’…

Continue reading

IL-FESTA T’TAJBA !

Il-festa t-tajba lill-ulied kollha ta’ Marija Immakulata, f’Għawdex u f’Bormla, u lill-Ġorġjani, f’dan il-jum glorjuż tas-solennità ta’ Marija Immakulata. Dan huwa jum verament speċjali għalina l-Ġorġjani li nqisu din il-festa bħala l-festa tagħna lkoll. Ir-rabta bejn l-Immakulata Kunċizzjoni u l-Banda…

Continue reading

L-ISTRINA 2013 FIT-TEATRU ASTRA

Din is-sena l-ispettaklu l-Istrina – l-għada tal-Milied f’Għawdex se jsir fit-Teatru Astra.  Il-kumitat inkarigat ġa ilu jaħdem fuq l-organizzazzjoni tax-show li se jinkludi s-sehem speċjali tal-kantanta popolari Ira Losco,  flimkien mal-Banda Ċittadina La Stella.  Għal din l-okkażjoni l-banda se tkun…

Continue reading

IL-PRANZU TAL-MILIED TAS-SOĊJETÀ LA STELLA

Is-Sotto-Kumitat Festi Esterni, fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika La Stella, se jkun qed jorganiżża Il-Pranzu tal-Milied, nhar il-Ħadd, 15 ta’ Diċembru, fin-12:30, fil-foyer tal-każin tal-banda La Stella. Inħeġġukom sabiex tilqgħu din l-istedina u tirrispondu għal din is-sejħa bil-parteċipazzjoni u l-kollaborazzjoni tagħkom. …

Continue reading

WASLET L-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI !

Għalina l-Ġorġjani meta nibdew noqorbu lejn il-bidu ta’ Diċembru b’mod awtomatiku nidħlu fl-ispirtu tal-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni.  Ir-rabta bejn il-Kommunità Franġiskana u l-Parroċċa Ġorġjana flimkien mas-Soċjetà Filarmonika La Stella, tmur lura ħafna u ħafna snin.  Lkoll inħossuna parti minn din il-festa…

Continue reading

MONS ALFRED XUEREB MAĦTUR DELEGAT TAL-PAPA

Il-Papa Frangisku ħatar lis-Segretarju Privat tiegħu, Mons Alfred Xuereb, bħala Delegat tiegħu fuq żewġ Kummissjonijiet importanti li se jkunu qed jaħdmu fuq riformi meħtieġa fil-Vatikan. Mons Xuereb se jkun id-Delegat tal-Papa fil-Kummissjoni dwar l-Istitut għax-Xogħolijiet tar-Reliġjon, li hu magħruf aħjar…

Continue reading

IL-KALENDARJU TAS-SOĊJETÀ GĦALL-2014

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella għadha kemm ippubblikat il-kalendarju tagħha għas-sena 2014, b’ġabra sabiħa ta’ ritratti bil-kulur ta’ wħud mill-mumenti l-aktar sinifikattivi u importanti għaliha matul is-sena.  Ma seta’ qatt jonqos li l-faċċata tal-kalendarju tkun iddominata minn ritratt mill-isbaħ tal-istatwa titulari…

Continue reading

LEJN IL-150 SENA U IKTAR …

Ħamsin sena ilu, sewwasew f’Novembru tal-1963, is-Soċjetà Filarmonika La Stella għamlet festi speċjali biex tfakkar l-ewwel mitt sena tagħha.  Sa mis-snin tletin tas-seklu għoxrin, is-Soċjetà La Stella dejjem għarfet il-bidu tagħha lis-sena 1863.  Matul daż-żmien kollu ntqal u nkiteb ħafna…

Continue reading

ATTRAZZJONI GĦALL-MALTIN LI SE JKUNU GĦAWDEX

Dawk il-Maltin li se jkunu Għawdex, billi jpparteċipaw fil-Free Tavel to Gozo weekend, fejn il-vapur tal-Gozo Channel se jkun b’xejn, huma mistiedna jattendu għall-Kunċert Annwali mill-Banda Ċittadina La Stella li se jsir nhar is-Sibt li ġej fis-7.30pm.  Il-kunċert jinvolvi mużika…

Continue reading

KUNĊERT MIS-SOLISTI TAL-BANDA LA STELLA

Il-bieraħ kompla l-Festival Mediterranea b’appuntament ieħor importanti.  Bħal ma sar is-sena l-oħra, din is-sena kellna wkoll il-kunċertin La Stella Wind and Brass Soloists and Ensembles.  Fih ħadu sehem diversi bandisti tas-Soċjetà u daqqew biċċiet mużikali varjati ħafna.  Fil-kunċert akkumpanja l-bandisti…

Continue reading

BĦAL-LUM XAHAR…L-IMMAKULATA!

Ninsabu biss xahar ‘il bogħod mill-jum għażiż tat-8 ta’ Diċembru, il-jum li fih il-belt rebbieħa – il-belt Victoria tagħna – tweġġah lis-Sultana Rebbieħa tagħha.  U għalina l-Ġorġjani, għalina Tal-Istilla, riesqa ġmielha t-tieni festa tagħna.  Għax kellem lil min trid fost…

Continue reading

MOVIES IN MOTION FIT-TEATRU ASTRA

Is-Centre Dance Stage Academy, taħt id-direzzjoni u koreografija ta’ Nathalie Sciortino se ttella’ l-ispettaklu Movies in Motion fit-Teatru Astra.  Dan is-show huwa r-raba’ wieħed tagħha u se jsir fit-Teatru nhar is-Sibt 30ta’ Novembru u s-Sibt 7 ta’ Diċembru fis-7.30pm.  L-ispettaklu…

Continue reading

SKEMA “FRIENDS OF TEATRU ASTRA”

It-Teatru Astra jħabbar li għadu kif nieda skema Friends of Teatru Astra.  L-abbonament fiha jiswa €20 fis-sena u jkun jintitola lill-membri għal numru ta’ benefiċċji fosthom DVD tal-opra magħmul speċifikament għal dan il-grupp.  Wieħed jista’ jabbona billi jimla’ l-formula t’hawn…

Continue reading

“EVVIVA OTELLO!”

“Evviva Otello! Evviva! Evviva! Evviva!” jgħajjtu ċ-Ċiprijoti  hekk kif Otello jinżel minn fuq ix-xini tiegħu fl-ewwel att. It-Teatru Astra għandu tassew għax ikanta “evviva” wara s-suċċess tal-Ħamis li għadda u dak tal-bieraħ filgħaxija.  L-opra kienet suċċess minn kull aspett tekniku…

Continue reading

SUĊĊESS KBIR FL-EWWEL RAPPREŻENTAZZJONI TA’ OTELLO

It-Teatru Astra l-bieraħ filgħaxija rreġistra suċċess ieħor bil-produzzjoni operistika ta’ Giuseppe Verdi Otello.  F’teatru ppakkjat bin-nies, wara li aktar kmieni matul il-jum ġie mħabbar li s-serata kienet Fully-Booked, in-nies preżenti setgħu jitpaxxew b’eżekuzzjoni mill-aqwa f’dak kollu li għandu x’jaqsam mal-opra.…

Continue reading

IMĦABBRA L-OPRA LI JMISS – NABUCCO TA’ VERDI

L-Opra fit-Teatru Astra fl-2014 se tkun Nabucco ta’ Giuseppe Verdi.  Nabucco hija ċertament waħda mill-aqwa opri ta’ Verdi u għal darba oħra se tkun taħt id-direzzjoni mużikali tal-Prof. Joseph Vella u dik artistika ta’ Enrico Stinchelli.  Aktar dettalji ‘l quddiem.

SEHEM IS-SOPRAN MIRIAM CAUCHI FL-OPRA OTELLO

It-Teatru Astra għandu l-pjaċir iħabbar li fl-opra Otello, li se tittella’ f’Għawdex fl-24 u s-26 ta’ Ottubru 2013, se tieħu sehem is-sopran Maltija Miriam Cauchi.  Din se tkun is-seba’ darba li Cauchi qed tkanta fit-Teatru Astra.  Fl-aħħar snin hi interpretat…

Continue reading

OTELLO FIT-TEATRU ASTRA – SKEMA GĦALL-ISTUDENTI

Shakespeare kiteb id-dramm traġiku Othello fl-1603 u dan hu meqjus wieħed mill-aħjar xogħlijiet tiegħu f’dan il-ġeneru ta’ letteratura.  Għalkemm id-dramm imur lura aktar minn ħames sekli, it-temi prinċipali għadhom validi sal-lum.  L-imħabba u l-firda, il-fiduċja u t-tradiment, il-ħajja u l-mewt……

Continue reading

SPECTACULAR TREAT – THE SUNDAY TIMES

Fil-ġurnal popolari ta’ The Sunday Times ġiet ippubblikata intervista li Dr Maria Frendo għamlet lid-direttur artistiku tal-opra fit-Teatru Astra, Enrico Stinchelli. Spectacular Treat Enrico Stinchelli and I agree on one thing, amongst others, namely, that opera is not for the…

Continue reading

SAN ĠORĠ U L-ĠNUS MAGĦQUDA

Il-figura ta’ San Ġorġ u d-dragun minn dejjem kienet meqjusa bħala s-simbolu tat-trijonf tat-tajjeb fuq il-ħażin, tad-dawl fuq id-dlam, tal-grazzja fuq id-dnub.  Ma humiex ftit il-ġnus u l-popli li lil San Ġorġ ħabbewh u ħatruh sabiex ikun il-patrun smewwi tagħhom,…

Continue reading

SUĊĊESS FIL-LEJLA MALTIJA

Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Settembru saret l-ikla tradizzjonali Maltija jew kif ħafna jafuha l-ikla ta’ San Mikiel, b’risq il-festi esterni ta’ San Ġorġ Martri 2014.  Għal din l-attività attendew bosta partitarji u parruċani f’atmosfera mill-isbaħ hekk kif is-sajf issa ġie…

Continue reading

FESTA LITURĠIKA TA’ SAN MIKIEL

Nhar il-Ħadd li ġej 29 ta’ Settembru taħbat il-festa liturġika u parrokkjali tal-Arkanġlu San Mikiel.  Matul dawn il-jiem qed isir it-Tridu Solenni dwar San Mikiel minn Mons. Ġużeppi Farrugia fil-quddies tas-6pm. Fil-Bażilika ta’ San Ġorġ għandha l-istatwa kapolavur ta’ San Mikiel,…

Continue reading

LEJLA MALTIJA F’SAN MIKIEL

Bħalma għamlet fis-snin l-imgħoddija, l-Għaqda tal-Armar tal-Festa ta’ San Ġorġ, fi ħdan is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella, ser tkun qed torganiżża Lejla Maltija fl-okkażjoni ta’ Jum San Mikiel, nhar il-Ġimgħa, 27 ta’ Settembru, fit-8.00pm, fi Pjazza San Ġorġ. Karatteristika ewlenija li…

Continue reading

IT-TOMBLA FIL-KAŻIN LA STELLA

Wara l-jiem sħan tas-sajf, il-bieraħ reġgħet bdiet it-tombla fil-Każin La Stella. Naturalment din issa tibqa sejra kull nhar ta’Ħadd mis-7 pm ‘l quddiem.  Ejjew lkoll u ġibu magħkom il-ħbieb biex flimkien niddevertu f’ambjent xieraq u nkunu wkoll qed ngħinu s-soċjetà…

Continue reading

THE HYLAND MASS FIT-TEATRU MANOEL

Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Settembru fit-8pm se tiġi esegwita l-quddiesa A Prayer for Unity in Diversity – The Hyland Mass, kompożizzjoni tal-Prof. Joseph Vella, Surmast Direttur tal-Banda tagħna.  Il-quddiesa kienet ikkommissjonata lill-Prof. Vella mill-filantropiku Christopher Hyland minn New York.  Dan…

Continue reading

ĦARĠA GĦAL MALTA GĦALL-KUNĊERT ROCKESTRA

Is-Sotto-Kumitat Festi Esterni, fi ħdan is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella, qed jorganiżża ħarġa għal Malta nhar is-Sibt, 14 ta’ Settembru, filgħaxija, għall-edizzjoni ta’ din is-sena tal-kunċert Rockestra. Minbarra li dan l-avveniment illum il-ġurnata kiseb popolarita’ kbira fost il-Maltin u l-Għawdxin, huwa…

Continue reading

SERVIZZ F’GĦAJNSIELEM

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella spiċċat is-servizzi tagħha għal din is-sena fil-festi tas-sajf f’Għawdex billi ħadet sehem fil-festa ta’ Għajnsielem għad unur il-Madonna ta’ Loretu.  Is-servizz beda b’marċ minn ħdejn il-Knisja l-qadima u spiċċa fil-Pjazza pinċipali tar-raħal fejn il-Banda Ċittadina La…

Continue reading

FESTIVAL MEDITERRANEA 2013

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella f’dawn il-ġranet tinsab ikkonċentrata għal darba oħra għall-avveniment importanti ieħor fil-kalendarju tal-ħidma tagħha, l-organizzazzjoni ta’ Festival Mediterranea, din is-sena, t-tnax -il edizzjoni ser issir bejn l-24 ta’ Ottubru u 23 ta’ Novembru 2013. Dan il-festival huwa mportanti ħafna mhux biss…

Continue reading