CD ĠDID MILL-BANDA LA STELLA
Din is-sena il-Banda Ċittadina La Stella kompliet it-tradizzjoni li tipproduciCD ġdid b’sett ta’marċijiet ġodda li mbagħad jiżżanżnu nhar il-Erbgħa 11 ta’ Lulju 2012 waqt id-dimostrazzjoni b’San Ġorġ fuq iż-żiemel. Dan is-sett jinkludi fih kompożizzjonijiet ta’ ismijiet rinomati, anke membri tal-istess Banda La Stella, fosthom is-Surmast Direttur Prof. Joseph Vella, ta’ Sunny Galea, Mario Galea, George Borg kif ukoll Joe Galea. Ic-CD jikludi fih ukoll numru ta’ marċijiet miktuba minn kompożituri Maltin u naturalment jispiċċa bl-innu marċ “Lill-Kbir Martri San Ġorġ” ta’ Vincenzo Ciappara u “L-innu La Stella” ta’ Giuseppe Giardini Vella. Il-lista kompleta tal-marċijiet hija;
Serendipity Joseph Vella
Anici Sunny Galea
Galaxy Mario Galea
Karl Y Mar George Borg
Vincenzo Cremona 1912-2012 Joe Galea
Il-Pedestall Monumentali Emanuel Bugeja
La Stella Vincitrice Edgar Lowell
Anniversarju 50 sena Bandist Andrew Coleiro
St George 2012 Vincenzo Ciappara
Fiesta Anthony Aquilina
Pater et Magister Joseph Azzopardi
Lill-Kbir Martri San Ġorġ Vincenzo Ciappara
Innu La Stella Giuseppe Giardini Vella
Ic-CD jista jiġi akkwistat mill-Każin La Stella jew wieħed jista jċempel fuq 79560250