KTIEB GHAT-TFAL DWAR SAN ĠORĠ
Dan l-aħħar, sewwa sew fil-jiem tal-festa ħareġ għall-pubbliku ktieb ġdid għat-tfal dwar San Ġorġ. Il-ktieb huwa miktub minn Cornelia Mary Bilinski u tradott għall-Malti minn Francesco Pio Attard. L-illustrazzjonijiet huma kollha ta’ Theresa Brandon. Il-ktieb huwa pubblikat mill-Klabb Kotba Maltin flimkien mal-Bażilika ta’ San Ġorġ u t-titlu tiegħu huwa Il-Qaddis li ssielet mid-Dragun.
Il-ktieb li huwa wieħed intenzjonat għat-tfal fih illustrazzjonijiet sbieħ ħafna u kollha bil-kulur. Din il-pubblikazzjoni tista tinkiseb mill-uffiċċju parrokkjali għall-prezz ta’ €6. Tassew li kull familja Ġorġjana għandha takkwista dan il-ktieb ta’ tagħlim fuq San Ġorġ, Paturn u Protettur tagħna l-Għawdxin.