Join Us On:

News Archive

MINJATURA TAL-ISTATWA TA’ SAN ĠORĠ

Għadha kif waslet l-ewwel kunsinna ta’ minjaturi tal-istatwa titulari ta’ San Ġorġ Martri meqjuma fil-Bażilika, ir-Rabat Għawdex. Dan il-proġett qed isir fuq inizzjattiva tas-Soċjetà Filarmonika La Stella.  Kif kien mistenni din l-ewwel kunsinna inħatfet kollha.  Fil-ġranet li ġejjin ser jaslu minn barra numru ieħor ta’ l-istess statwi.
 
L-istatwa, li hija ma
ħduma b’mod fin ħafna għandha għoli ta 12 il-pulzier u hija kopja qrib ħafna tal-istatwa titulari ta’ San Ġorġ,l-kapulavur ta’ Pietru Pawl Azzopardi.
 
B
ħailssa din l-istatwa qed tinbiegħ bi prezz speċjali ta’ €35.  Aktar informazzjoni fuq 99829796 jew mill-uffiċċju parrokkjali ta’ San Ġorġ fuq 21556377.