STATWI TA’ SAN ĠORĠ
Għadha kif waslet it-tieni kunsinna ta’ minjaturi tal-istatwa titulari ta’ San Ġorġ Martri meqjuma fil-Bażilika, ir-Rabat Għawdex. Dan il-proġett qed isir fuq inizzjattiva tas-Soċjetà Filarmonika La Stella.
L-istatwa, li hija maħduma b’mod fin ħafna għandha għoli ta’ 12 il-pulzier u hija kopja qrib ħafna tal-istatwa titulari ta’ San Ġorġ,l-kapulavur ta’ Pietru Pawl Azzopardi.
Bħailssa din l-istatwa qed tinbiegħ bi prezz speċjali ta’ €35 (u xi spejjes tal-posta jekk trid tintbgħat Malta jew f’xi pajjiż ieħor).
Aktar informazzjoni fuq 99829796 jew mill-uffiċċju parrokkjali ta’ San Ġorġ fuq 21556377 jew mingħand Frank Schembri ta’ Vajringa Supermarket. Dawk il-Maltin jew emigranti li jixtiequ jircievu din l-istatwa jistgħu jikkuntattjawna fuq [email protected] billi jagħtuna d-dettalji tagħhom ħalli nkunu nistgħu ngħidulhom kemm tkun il-posta u kif jistgħu jagħmlu dan il-pagament).